“Minkejja li ma tistax issolvi l-problema, xorta tista’ tkun hemm għall-persuna” – Miriana Fenech Caruana

07/09/2025: Waqt il-programm The Handbook fuq RTK103, Miriana Fenech Caruana qalet li minkejja li mhux dejjem nistgħ nsolvu l-problemi tal-persuni ta’ madwarna, xorta waħda nistgħu nkunu hemm għalihom billi mmorru narawhom u nisismgħuhom, anki jekk ma jkollniex soluzzjonijiet.

https://tv.newsbook.com.mt/player/embed?assetID=83ei2j5vn95pp355&skin=green&autoplay=0&ads=1

Il-mistednin ta’ The Handbook ta’ din il-ġimgħa huma Fr Charles Tabone u Miriana Fenech Caruana. The Handbook jixxandar kuljum fuq RTK103 fil-05.30, fis-12:40, fis-19.20 u fid-21.30, kif ukoll fuq Facebook permezz tal-paġna The Handbook.

Silta mill-qari tal-lum
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew – Mt 23, 1-12
Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u l-Fariżej. Mela kulma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom. Kulma jagħmlu, jagħmluh għal għajnejn in-nies; ….Il-kbir fostkom għandu jkun il-qaddej tagħkom; min jitgħolla, jitbaxxa, u min jitbaxxa, jitgħolla”.

Artiklu miktub minn George Cassar

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading