Fil-jum tal-14 ta’ Settembru, il-Knisja tfakkarna niċċelebraw is-Salib Imqaddes ta’ Ġesu’.
Aħna m’aħniex niċċelebraw biċċa njama, imma permezz tas-Solennita’ tallum, il-Knisja qiegħda tħeġġiġna biex niftakru, li l-Qawmien u l-Ħajja sħiħa tasal għandna u għalina wara li nkunu mxejna ma’ Ġesu’ sal-Kalvarju, inġorru s-Salib tagħna miegħU u warajH.

Bosta huma dawk li ma jridux jimxu f’din it-triq bis-Salib.
Il-problema hi waħda, anki jekk ma tridx terfa’ s-Salib, dak is-Salib se ssibu xorta waħda ma’ wiċċek f’din il-ħajja trid jew ma tridx.
Għalhekk issa jew terfgħu flimkien u wara Ġesu’, u waqt li qiegħed terfgħu, tkun taf eżattament fejn se jwasslek dak is-salib, jiġifieri l-Qawmien għal ħajja ta’ dejjem, jew inkella trid tispiċċa xorta waħda terfgħu (għax is-slaleb aktar ma taħrab minnhom, aktar jibqgħu jiġru warajk), bla ma tkunx taf imma issa fejn din it-triq tkun sejra twasslek.
Fit-tieni option li għandek quddiem għajnejk, xorta trid tispiċċa terfa’ s-Salib, imma minħabba li terfgħu kontra qalbek, it-toqol se tispiċċa ma tkunx tiflah għalih.
Dan jista’ f’xi ċirkostanzi jwassal biex persuna tasal li tneħħi ħajjitha, għax tara f’dan, l-unika mod kif teħles mis-Salib u t-toqol li jġib miegħu.
Is-Salib li Ġesu’ Kristu tgħabba bih wara lejl jirċievi s-swat u jiġi umiljat, hija l-prova tanġibbli tal-imħabba bla qiegħ li Alla għandu lejna bnedmin midimba.
Xejn ma żammu milli bl-aġir tiegħU jurina l-imħabba bla dimensjonijiet tiegħU lejna.
Illum huma bosta dawk li għas-Salib ta’ Kristu, lesti li jqiegħdu f’riskju l-istess ħajja tagħhom.
Il-qtil makabru ta’ Charles Kirk
Il-qtil makabru ġewwa l-istat ta’ Utah (USA) ta’ Charles Kirk (li bil-mewt tiegħu ħalla lil martu u lil żewġ uliedu żgħar), hija prova ċara tal-kuraġġ li bniedem kellu, u li waslitu biex ma jibżax (litteralment) joħroġ għonqu għal-veritajiet li jaslulna mil-Kelma ta’ Alla (Chalie Kirk kien jappartjeni għal Knisja Evanġelika).
Bil-maqlub għal Charles Kirk, imma ssib illum aktar minn qatt qabel, masses ta’ nies, li jgħixu din il-ħajja fejn pubblikament, jew fil-ħajja ‘privata’ tagħhom, igħixu l-maqlub ta’ dak li l-Kelma ta’ Alla tgħallimna, basta jidhru sbieħ mal-masses.
Id-dinja għandha bżonn ta’ aktar persuni ta’ fidi konvinta li joħorġu għonqhom għal veritajiet mħabbra lilna minn Ġesu’ bħalma kien Chalie Kirk.
Soċjeta’ magħmula minn nies kuraġġużi bħal Charlie Kirk hija soċjeta’ li taf fejn tinsab u taf fejn sejra.
Aħjar ixxerred demmek għal verita’, milli tmut fl-ingann!!!!!!!!!