Memorji: Il-Vespri tas-Santwarju tal-Madonna tal-Mellieħa. Kitba ta’ Joe Galea

Fi tmiem is-sajf jiena mdorri mmur is-Santwarju għażiż tal-Madonna tal-Mellieħa. Nhar l-Erbgħa 24 ta’ Settembru, wara r-Rużarju u talbiet oħra, il-Quddiesa kienet ċelebrata min Dun Joe Mifsud, li żmien ilu kien viċi fil-parroċċa tal-Furjana. Fil-kelmtejn tiegħu stieden għall-jiem ta’ tħejjija għall-festa tal-Madonna tas-Santwarju.

Dak il-ħin ħsiebi mar lura ħafna snin, meta xi sitt itfal mill-Museum tal-Furjana, is-Sibt tal-festa, kienu joħduna l-Mellieħa, nitilgħu it-taraġ tal-orgni tas-Santwarju, biex inkantaw flimkien mat-tenuri u orkestra żgħira il-vespri tal-Madonna. Is-surmast kien Agostino Camilleri, mill-Furjana, raġel anzjan imma bravissmu fil-mużika. Kien jafna għax kien jiġi l-Museum jgħallimna l-innijiet biex inkantaw mal-orkestra fil-Quddiesa tal-Ewwel Tqarbina.

Ftit smajt mużika sabiħa daqs dik li konna nkantaw f’dak il-vespri tal-Mellieħa. Il-versi kollha varjati u l-Magnificat tant sabiħa li għadni niftakar xi frażijiet minnha.

Kont staqsejt jekk il-parroċċa tal-Mellieħa għandhomx xi recording ta’ dan il-vespri, imma nifhem li dak iż-żmien ma kienx hemm il-faċilità tal-lum. Min jaf forsi jekk hemm il-mużika miktuba fl-arkivji tal-parroċċa.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading