Il-Papa Ljun XIV dwar il-persekuzzjoni kontra l-Insara. Kitba ta’ Joe Galea

Nhar il-Ħadd 14 ta’ Settembru l-Papa Ljun XVIII qal li l-martri jistgħu jgħaqqdu flimkien l-Insara ta’ Knejjes differenti. Dakinhar ltaqa’ ma’ Insara ta’ Knejjes differenti, Kattoliċi u oħrajn li jemmnu fi Kristu, kif ukoll ma’ komunitajiet oħra Nsara. Da l-avveniment sar fil-Bażilika ta’ San Paolo Fuori le Mura, proprju fit-‘Tifkira tal-Martri u x-Xhieda tal-Fidi fis-Seklu 21’.

Il-Papa kkwota l-Beatitudnijiet mill-Evanġelju ta’ Mattew biex jenfasizza l-ħajjiet ta’ dawn il-martri u x-xhieda tagħhom għall-valuri Kristjani. Kienet il-festa, nhar il-Ħadd, tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes, u l-Papa semma’ kif ix-xbieha tas-salib ġiet trasformata minn simbolu ta’ moħqrija għal “mezz tas-salvazzjoni tagħna”, “it-tama tal-Kristjani”, u l-“glorja tal-martri”.

Il-Papa Ljun XIV fil-laqgħa ta’ Knejjes Insara, 14 ta’ Settembru 2025

Waqt li sellem lill-membri tal-Knejjes Ortodossi, lill-Knejjes Antiki tal-Lvant, u Nsara oħra, fosthom dawk li qed jaħdmu għall-Għaqda tal-Knejjes Insara, il-Papa rrefera għall-enċiklika tal-Papa Ġwanni Pawlu II ‘Ut Unum Sint’, ‘li jkunu ħaġa waħda’, fejn qal li l-“martirju sal-mewt” huwa “l-aktar komunjoni vera possibbli ma’ Kristu li xerred demmu”.

“Anke llum”, qal il-Papa Ljun, “il “l-mibegħda donnha qed tippenetra kull aspett tal-ħajja”. Madankollu, “irġiel u nisa kuraġġużi, qaddejja tal-Vanġelu u martri tal-fidi”, urew li l-imħabba hija aktar b’saħħitha mill-mewt permezz tad-dedikazzjoni tagħhom għall-fidi Nisranija. U Ġesù, meta niżel mis-salib, ħa fuqu l-mibegħda tad-dinja biex jaqsam ix-xorti ta’ dawk kollha li huma umiljati u oppressi.”

Fi żmienna, tant minn ħutna jkomplu jġorru dan is-salib permezz tax-xhieda tagħhom tal-fidi f’“sitwazzjonijiet diffiċli u kuntesti ostili: bħal Ġesù, huma ppersegwitati, ikkundannati u maqtula. “Dawn,” qal il-Papa, “skont l-istandards tad-dinja, ġew megħluba.” Imma l-Ktieb tal-Għerf jgħid mod ieħor: “it-tama tagħhom hija mimlija immortalità.” Il-Papa kellu espressjoni sabiħa: “Ix-xhieda ta’ dawn il-martri hija “tama bla armata”, hekk kif għażlu l-qawwa tal-Evanġelju fuq l-armi tal-forza u l-vjolenza.

Imbagħad dar għall-eżempju ta’ Sister Dorothy Stang, li kienet iddedikat ħajjitha lil dawk “bla art fl-Amażonja”. Meta l-attakkanti tagħha talbuha għall-arma tagħha, hija wriethom il-Bibbja li kellha, u sejħitilha l-unika arma tagħha. Il-Papa ftakar ukoll f’Fr. Ragheed Ganni, qassis Kaldej minn Mosul fl-Iraq, li rrifjuta li jiġġieled sabiex jixhed għall-valuri Kristjani veri. Semma’ wkoll Nisrani li ċeda ħajtu għall-paċi fil-Gżejjer Solomon. Qal il-Papa: “Sal-lum il-persekuzzjoni tal-Kristjani għadha ma spiċċatx; għall-kuntrarju, f’xi partijiet tad-dinja żdiedet.”

“Ma nistgħux u ma rridux ninsew”, saħaq l-Papa, “irridu niftakru.” “Flimkien ma’ ħutna Kristjani oħra, spjega l-Papa, irridu nżommu ħajjin ix-xhieda u l-istejjer tagħhom ħajjin.”

U qabel ma għalaq il-laqgħa, il-Papa fakkar f’tifel Pakistani, Abish Masih, li nqatel f’attakk fuq il-Knisja Kattolika. Dan it-tifel kiteb f’notebook, “Nagħmlu d-dinja post aħjar.” Il-Papa ħeġġeġ lil kulħadd biex iħalli l-ħolma ta’ Abish tispirana biex b’kuraġġ nagħtu xhieda tal-fidi u permezz ta’ dan, inkunu “ħmira għal umanità fraterna u ta’ paċi.”

Joe Galea

Il-Papa Ljun XIV dwar il-persekuzzjoni konta l-Insara

il

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading