Kitba ta’ Daniel Borg dwar il-messaġġ tal-Papa waqt l-Angelus
Illum il-Vanġelu (Lq 18, 9-14) jippreżenta quddiemna għażla qawwija, f’żewġ persunaġġi: il-Fariżew u l-pubblikan. Il-Papa fl-Angelus jgħidilna li l-Fariżew jippreżenta ruħu b’ħafna pompi quddiem Alla, b’lista sħiħa ta’ affarijiet tajbin li hu jagħmel, imma mingħajr ħniena. Il-kontra tal-Pubblikan! Il-Pubblikan kien jaf li hu dieħel f’post (it-tempju) fejn mhux maħbub. Il-fatt li kien jiġbor it-taxxi għar-Rumani ma tantx kien jagħmlu maħbub. Madanakollu hu mar mingħajr suldati biex jiddefenduh. Hu poġġa quddiem Alla id-dgħufijiet tiegħu, id-dnubiet tiegħu.
U l-Papa jgħidilna li Sant Wistin ixebbah lil dawn, bħal tnejn morda, li jmorru għand tabib. Il-Farizew kburi ma jurix il-feriti u l-mard tiegħu u għalhekk it-tabib ma jistax ifejqu. Madankollu l-pubblikan umli jpoġġi quddiem it-tabib il-feriti u l-mard kollha tiegħu u dan jagħtih il-kura. U l-Papa jistedinna biex ma nibżgħux nagħrfu l-iżbalji tagħna u nieħdu responsabilta’ tagħhom. Hekk biss nistgħu nitfejqu u nkomplu fil-mixja tagħna li nkunu bnedmin aħjar!
Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02iHKYyweuonoo7S6MR62L4J2mmkQSM2X6eZHiQN4NmDCRsFun7JSbHpSCa6L3g7Xbl