Il-Konċilju ta’ Niċea u l-Kredu

Matul din is-sena (2025), il-Knisja qed tfakkar l-1,700 anniversarju mill-ewwel Konċilju Ekumenu tagħha li kien sar fil-belt antika ta’ Niċea li tinsab f’İznik tal-lum u tinsab fil-majjistral tat-Turkija, fit-tarf tal-lvant tal-Lag İznik, madwar 80 kilometru fix-xlokk ta’ Istanbul.

Il-Koċilju kien imlaqqa’ mill-Imperatur Kostantinu biex jindirizza l-ereżija Arjana, li ċaħdet id-divinità ta’ Kristu. B’riżultat ta’ dan il-konċilju, il-Knisja għandha il-Kredu li nistqarru fil-Quddiesa tal-Ħadd. Huwa stqarrija ta’ fidi li tafferma li Ġesù huwa mnissel, mhux maħluq. Li huwa natura waħda mal-Missier. Dan il-kredu sar dokument fundamentali għal kważi l-Kristjaneżmu kollu, għalkemm il-kliem tiegħu ġie estiż aktar tard fil-Konċilju ta’ Kostantinopli fis-sena 381 biex jinkludi wkoll dwar l-Ispirtu s-Santu.

F’Ottubru tal-2012, il-Papa Benedityu XVI, waqt l-Udjenzi Ġenerali tiegħu ta’ kull nhar ta’ Erbgha, kien beda sensiela ta’ katekeżijiet dwar il-Fidi , li matulhom huwa beda jitkellem ukoll dwar l-artiklu tal-Kredu, wieħed, wieħed. Imbagħad dawn il-katekeżijiet kienu tkomplew mill-Papa Franisku.


Il-katekeżijiet issibhom kollha bil-Malti minn dawn iż-żewġ paġni tal-Laikos …

… tal-Papa Benedittu XVI minn hawn …
https://www.laikos.org/Udjenzi-Katekezi-Fidi-2012-2012.htm

.. u tal-Papa Franġisku minn hawn …
https://www.laikos.org/fr1-kredu.htm

Aktar dwar il-Konċilju ta’ Niċea minn din il-paġna …
https://laikosblog.org/il-koncilju-ta-nicea-sena-306-wk/

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading