ITTRA TAL-QDUSIJA TIEGĦU IL-PAPA ĠWANNI PAWLU II
FL-OKKAŻJONI TAĊ-ĊENTINARJU TAT-TWELID
TAL-KARDINAL JOHN HENERY NEWMAN
Lir-Reverendissmu Vincent Nichols Arċisqof ta’ Birmingham
Fl-okkażjoni tat-tieni ċentinarju tat-twelid tal-Meqjum qaddej ta’ Alla John Henry Newman, ningħaqad bil-qalb Miegħek, ma’ ħutek l-Isqfijiet tal-Ingilterra u ta’ Wales, mas-saċerdoti tal-oratorju ta’ Birmingħam u ma eżerċtu ta’ ilħna fid-dinja kollha fit-tifħir lil Alla għar-rigal tal-kbir Kardinal Ingliż u għax-xhieda dejjiema tiegħu.
Waqt li rrifletta dwar il-pjan divin misterjuż li xandar f’ħajtu, Newman akkwista sens profond u persistenti tal-fatt li “Alla ħalaqni biex nirrendilu servizz determinat. Afdali opra li ma afdahiex lil persuna oħra. Jien għandi l-missjoni tiegħi ” (Meditazioni e Devozioni). Kemm jidher veru dan il-ħsieb issa li nqisu l-ħajtu twila u l-influwenza li għadu jeżerċita wkoll wara mewtu! Twieled f’waqt preċiż, il-21 ta’ Frar 1801, f’post preċiż, Londra, u f’familja preċiża, l-ewwel wild ta’ John Newman u ta’ Jemina Fourdrinier. Bdanakollu l-missjoni partikolari li Alla afdalu tiggarantixxi li John Newman jappartieni lil kull epoka, post u persuna.
Newman twieled f’epoka diffiċli mhux biss politikament u militarment, imma wkoll spiritwalment. Iċ-ċertezzi l-qodma iżżegilgu u l-kredenti sabu ruħhom quddiem it-theddida tar-razzjonaliżmu minn banda u tal-fideiżmu mill-oħra. Ir-razzjonaliżmu ġab miegħu r-rifjut kemm tal-awtorità kif ukoll tat-traxxendenza, waqt li l-fideiżmu warrab l-persuni mill-isfidi tal-istorja u mid-dmirijiet terreni biex jiġġeneraw fihom dipendenza xejn b’saħħitha mill-awtorità u mis-soprannatural. F’dik id-dinja Newman wasal tassew għal sintesi eċċezzjonali bejn fidi u raġuni li għalih kienu “bħal par ġwienaħ li fuqhom l-ispirtu uman jilħaq il-kontemplazzjoni appassjonata tal-verità” (cfr Fides et ratio, Introduzione; cfr ibidem, n. 74). Kienet il-kontemplazzjoni appassjonata tal-verità li mexxietu lejn aċċettazzjoni liberatorja li għeruqha huma fi Kristu, u għal sens tas-soptannatural li jiftaħ il-moħħ u l-qalb umani għal varjetà wiesgħa ta’ possibiltajiet rivelati fi Kristu. “Illumina b’mod ġentili d-dlamijiet, iggwidani” kiteb Newman f’”La Nuvola della non Conoscenza” (Is-Sħaba tan-nuqqas ta’ għarfien). Għalih Kristu kien id-dawl fiċ-ċentru ta’ kwalunkwè dlam. Għal qabru għażel l-iskrizzjoni li ġejja: Ex umbris et imaginibus in veritatem; jidher ċar li fi tmiem il-vjaġġ terren tiegħu Kristu kien il-verità li kien sab.
Madankollu ir-riċerka ta’ Newman kienet immarkatha bin-niket. Ladarba wasal għas-sens inkrollabbli tal-missjoni lilu afdata minn Alla, iddikkjara: “Mela, Nemmnu… jekk jiena marid, il-marda tiegħi tistà taqdih, jekk jiena mħawwad, it-taħwid tiegħi jista jaqdih… ma jagħmel xejn għalxejn… Jista jbiegħed lil ħbiebi. Jista jitfagħni fost il-barranin, Jista jġegħlni nħossni mnikket, jista jwaqqagħli l-ispirtu tiegħi, jista jaħbili l-ġejjieni, Bdanakollu, Huwa jaf għalxiex” (Meditazioni e Devozioni).
Il-provi kollha li għadda minnhom flok ma ċekknuh jew qerduh b’mod paradossali qawwewlu l-fidi tiegħu fl-Alla li kien sejjaħlu u qawwew fih il-konvinzjoni li Alla “ma jagħmel xejn għalxejn”. Fl-aħħar dak li jiddi fi Newman huwa l-misteru tas-Salib tal-Mulej: kien iċ-ċentru tal-missjoni tiegħu, il-verità assoluta li kkuntempla, id-“dawl ġentili” li kien jiggwidah.
Waqt li niżżu ħajr lil Alla għar-rigal tal- meqjum John Henry Newman fl-okkażjoni tal-mitejn sena tat-twelid, ejjew nitolbu sabiex din il-gwida ċerta u elokwenti fil-perplessità tagħna ssir ukoll fil-bżonnijiet tagħna interċessur qawwi quddiem it-tronn tal-grazzja. Ejjew nitolbu sabiex il-Knisja ma ddumx ma xxandar uffiċjalment u pubblikament il-qdusija eżemplari tal-Kardinal John Henry Newman, wieħed mill-kampjuni l-iktar versatili u illustri tal-ispiritwalità Ingliża.
Bil-Barka Apostolika tiegħi.
Mill-Vatikan, 22 ta’ Jannar 2001.
ĠWANNI PAWLU II
Aktar mill-Papa San Ġwanni Pawlu II … https://www.laikos.org/jpii.htm
Aktar dwar San John Henry Newman … https://www.laikos.org/newman/
