Ġabra ta’ tagħrif dwar dan l-ewwel Konċilju Ekumeniku tal-Knisja

L-Ewwel Konċilju kien dak ta’ Niċea fis-Sena 325. Dam xahrejn u tnax-il ġurnata. Ħadu sehem 318-il Isqof, bl-Isqof Hosius ta’ Cordova ikun preżenti bħala l-Legat tal-Papa Silvestru. L-Imperatur Konstantinu kien preżenti wkoll. Lil dan il-Konċilju nafu l-Kredu ta’ Niċea, li irribatta it-tagħlim ta’ Arius u ta t-tifsira tad-Divinità ta’ l-Iben t’Alla. Kien f’dan il-Konċilju li d-data ta’ Għid ġiet iffissata, biex ma jiġix iċċelebrat fl-istess jum ta’ l-Għid tal-Lhud kif kienu jridu dawk imsejħa bħala ’Quartodecimans’.
Dwar il-Konċilju ta’ Niċea – 1. Kitba ta’ Joe Galea
Dwar il-Konċilju ta’ Niċea – 2. Kitba ta’ Joe Galea