Regardez l’humilité de Dieu
Mill-kitbiet ta’ San Franġisk t’Assisi
Adattata għall-Malti minn Dun Joseph Bajada
Misteru tas-Smewwiet
ta’ mħabba mingħajr qies,
inn Prinċep tal-univers
jiċċekken fuq l-altar,
jingħata għal kulħadd
f’dal-ħobż maqsum u f’dan l-inbid.
Ħarsu lejn iċ-ċokon tal-Mulej!
Ħarsu lejn iċ-ċokon tal-Mulej!
Ħarsu lejn il-kobor tal-Mulej,
ingħata lkoll għalina u ġie fix-xejn.
Iċċekken int ukoll
quddiem ir-Ragħaj sabiħ
ħa jerfgħek u jifraħ bik,
intelaq biss f’idejh,
ingħaqad ma’ dal-kant
lil Alla l-ħaj li ħabbek tant.
Ħarsu lejn iċ-ċokon…
Ejjew ħa naduraw
lil Alla silenzjuż
mistur ġewwa dan il-ħobż
qisu tarbija f’ġuf,
xħin jiġi fina llum
biex aħna ngħixu biss għalih.
Ħarsu lejn iċ-ċokon…