Solennita’ ta’ Kristu Re. Kitba ta’ P. Juan De Bono ocd

Wara sena nisimgħu dwar x’għamel Ġesu’ u dwar x’għallem Ġesu, wasalna fit-tmien ta’ sena liturġika oħra, u l-konklużjoni loġika wara sena nisimgħu dwar Ġesu’ għandha tkun li NIRRIKONOXXU MAL-ĦALLIEL (LI NSEJĦULU T-TAJJEB):

  1. LI ĠESU’ HU ALLA
  2. LI AĦNA MIDIMBIN U ĦAQQNA BISS KASTIG GĦAL GĦEMILNA
  3. LI NĦARSU LEJN ĠESU’ B’ĦARSA TA’ ERWIEĦ SOGĦBIENA U NITOLBUH
  1. JAĦFRILNA
  2. JDAĦĦALNA MIEGĦU FIS-SALTNA TIEGĦU.
  • Il-poplu qagħad hemm IĦARES bla ma għamel xejn biex jirrikonoxxi li Ġesu’ huwa l-Iben t’Alla li kien qiegħed jinqatel bla ħtija
  • Il-kapijiet tal-poplu bdew JIDDIEĦKU BIH u jiċċalinġjawh li juri li hu Alla;
  • Is-suldati wkoll bdew IGĦADDUH BIŻ-ŻMIEN u offrewlu inbid qares;
  • Il-ħalliel il-ħażin jirrikonoxxi l-poteri li kellu Ġesu’ u għadu jaħseb li kollox idur madwaru;

Ġesu’ jibqa’ sieket quddiem dawn l-offiżi kollha, imma l-mument li ruħ fehmet li huwa ġie fid-dinja biex isalva lil bnedmin mid-dnub, ĠESU’ JAGĦTI L-MAĦFRA u jagħtih kelma li lanqas lill Ommu Marija, imbikkma taħt is-salib ma ta: “Tassew ngħidlek, illum tkun il-Ġenna miegħi”.

Aħna ma’ liema kategorija naqgħu?

Mal-poplu ? mal-kapijiet ? Mas-suldati ? mal-ħalliel il-ħażin jew mal-ħalliel (it-tajjeb) ?

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading