Nittamaw anke fejn it-tama tidher impossibli

Kitba ta’ Daniel Borg

Illum il-Vanġelu jpoġġi quddiemna l-figura ta’ Ġwanni l-Battista. Is-sejħa tiegħu hi waħda qawwija: “Indmu, għax is-saltna tas-smewwiet waslet” (Mt 3,2). Il-Papa fl-Angelus jgħidilna li anke fil-Missierna ngħidu: “Tiġi Saltanatek.”

Din hi stennija għas-sabiħ li Alla għandu lest għalina fejn l-istorja mhix ħa tkun miktuba mill-qawwijin ta’ din id-dinja, imma minn Alla li mhux ġej biex jiddominana imma biex jeħlisna. Għalkemm leħen il-Battista huwa wieħed iebes il-Papa jgħidilna li n-nies kienet tisimgħu għax fil-messaġġ tiegħu kienet tisma’ l-appell ta’ Alla, dak Alla li jiġġudika skont l-opri u l-intenzjonijiet li hemm f’qalbna, u mhux skont l-apparenza. Imma anki Ġwanni l-Battista eventwalment jissorprendi ruħu b’Ġesu’, għax is-Saltna ta’ Alla turi ruħha fil-ħniena u l-mogħdrija. Imma hekk kif naraw fil-qari ta’ Isaija tal-lum (Is 11,1-10) dak li deher impossibli sar possibbli f’Ġesu’. U għalhekk li bħala insara rridu nkomplu nittamaw, anke fejn it-tama tidher impossibbli.

Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook: 

https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0NRWLP83UwdNoYd7exonMmXKHCJqSdHzghJ28ti3UXtnLjr8v8E6WBM9EZnUatR77l

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading