Talb tal-interċessjoni fil-Quddies tat-3 Ħadd tal-Avvent

V …  Imsaħħin mill-Kelma t’Alla li qed tħeġġiġna biex nagħmlu l-ħila u ma nibżgħux għax Hu ġej biex isalvana, inpoġġu f’riġlejh it-talbiet tagħna.

1. Kun mal-Knisja tiegħek Mulej, biex qalb it-tiġrib tad-dinja, tirrifletti lilek u l-ferħ li jiġi minnek. Nitolbu

2. Kun mal-mexxejja tad-dinja, biex jaqdu dmirhom bil-ġustizzja u jfittxu dejjem il-ġid ta’ dawk li huma l-iktar dgħajfa fis-soċjetà. Nitolbu

3. Ħu ħsieb dawk li jħossuhom f’xi ħabs minħabba ċ-ċirkustanzi li jinsabu fihom, u ibagħtilhom persuni li jwasslulhom l-aħbar it-tajba tal-imħabba tiegħek għalihom. Nitolbu

4. Iftħilna għajnejna biex verament nagħrfu kemm inti qrib tagħna u nqawwu qalbna bil-miġja tiegħek. Nitolbu

V …  Ilqa’, Mulej, dawn it-talbiet tagħna u agħtina dak li hu ta’ ġid għalina skont ir-rieda tiegħek. Bi Kristu Sidna.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading