Kitba ta’ Patri Juan De Bono ocd
Kommozjoni kbira, ċapċip li jtarrax, meta 56 % ta’ parlamentari Ewropei (358) ivvuttaw biex l-abort isir aktar aċċessibli fil-pajjiżi Ewropei. 12 % (79) mbagħad astjenew. Filwaqt li 31 % BISS (202) tal-Parlamentari Ewropei kienu kontra li l-abort isir aktar aċċessibli.
‘My voice, my choice’.
‘My voice’? and what about the unborn child’s voice ?
Tiġi tgħidli li se tiddeċiedi int u lili ma tismagħnix ?
Nirrepetu l-iżbalji tal-passat
Mela tajjeb se mmorru lura għaż-żminijiet meta l-mara ma kellix vot, meta l-fqir u min ma kellux proprjeta’ ma kellux vot, u nħallu li jiddeċiedu għalihom bil-vot tagħhom dawk li għandhom l-art u l-bini. Dik demokrazija hux, fejn min hu b’saħħtu jħawwel ngħidu? Iġġieldu tant missirijietna għad dritt tal-vot, u issa se nerġgħu mmorru lura għal żminijiet ta’ qabel ?
Is-soċjeta’ ma tistax tmur lura, imma bla ma nintebhu qegħdin immorru lura jekk nippermettu dawn l-inġustizzji.
The baby’s voice, therefore the baby’s choice
Intom taħsbu li kieku kellhom jivvuttaw l-miljuni ta’ trabi maqtula kull sena fil-ġufijiet ta’ ommijiethom dawn kienu se jivvuttaw favur li jiġu maqtula ? Intom taħsbu li kieku kellhom jivvuttaw l-miljuni ta’ embrijuni ffriżżati li tnisslu biex ikunu jistgħu jsiru l-IVF’s, dawn kienu se jivvuttaw favur li jibqgħu ġo freezer jistennew li xi darba jitqiegħdu fil-ġuf ta’ omm ?
They don’t have too a voice ?
U jekk niġu f’dan aktar huma għandhom dritt li jivvuttaw milli min ikun irid joqtolhom. Imma mhux hekk ?

Ġesu’ tarbija li wkoll ma kienetx fil-pjanijiet ta’ Marija u Ġużeppi
Il-liturġija tallum qiegħdha wkoll tippreżentalna tnissil mhux mistenni, tnissil mhux ippjanat.
Marija kienet offriet l-verġinita’ tagħha lil Alla, u Alla talabha tixtieqx tkun Omm l-Iben ta’ Alla. Ġużeppi, żewġha imma mhux dak li nissel it-tarbija, jiġi mitlub ikun il-missier putattiv ta’ tarbija li ma nissilx hu.
Din it-tarbija mhux ippjanata minn Ġużeppi u minn Marija llum qiegħdha tistedinna biex nagħtu vuċi lil dawk li ma għandhomx vuċi u li l-prepotenza, il-bullying ta’ min hu b’saħħtu trid twarrab, tmaqdar u saħansitra toqtol.
Emmnuni jiena kultant ma nkunx nista’ nifhem.
L-għaxar sigrieti ta’ Medjugorje
L-Ewropa waħda mil-problemi prinċipali tagħha hija n-nuqqas tal-popolazjoni, u aħna nkomplu nagħmlu l-problema aktar akuta billi niffaċċilitaw l-abort ?
U mbagħad meta nsemmi l-għaxar sigrieti li se jseħħu mhux fil-bogħod u li huma marbuta mad-dehriet ġewwa Fatima u ġewwa Medjugorhe issib min igħidlek li hu xettiku…..
La popolazjoni tasal li toqtol dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjeta’, bħat-trabi fil-ġuf u l-morda jew l-anzjani (bl-ewtanasja), jiena nistenna kollox u ma niskanta b’xejn.