Il-Papa fil-festa tal-Familja Maddsa

Kitba ta’ Daniel Borg

Illum fil-Festa tal-Familja Mqaddsa il-Vanġelu tal-lum jpoġġi quddiemna ir-rakkont tal-ħarba mill-Eġittu (Mt 2: 13-15.19-23). Il-Papa fl-Angelus jgħidilna li dik id-dija, mħabba u ferħ li dehru f’ Betlehem, ma nifdux il-ħitan tal-palazz ta’ Erodi li beża’ li se jitmesslu l-poter tiegħu. Huwa mument ta’ prova għal Ġesu’, Marija u Ġużeppi! Imma dik il-mibegħda li kien iġorr Erodi tikkuntrasta mal-imħabba kbira tal-Familja Mqaddsa li fi ħdanha kienet qed iġġorr ir-risposta għad-dinja egoista u għatxana għall-poter rappreżentata minn Erodi: Ġesu’. Ġesu bil-kontra ta’ Erodi ma użax is-setgħa tiegħu kontra l-bniedem, imma sar bħalna f’kollox biex jifdina u ta lilu nnifsu għalina fuq is-salib.

U l-Papa jsejħilna biex naħsbu fil-familji tagħna. Anke llum għandna l-Erodijiet ta’ żmienna: is-suċċess akkost ta’ kollox, il-poter bla rażan, u l-ġid vojt u superfiċjali. Dawn iħallu biss fina solitudni, diviżjonijiet u kunflitti. U l-Papa jistedinna biex ma nħallux dan joħnoq il-fjamma tal-imħabba fil-familji nsara. U l-Papa jagħmlilna appell biex fil-familji tagħna nħarsu l-valuri tal-Vanġelu: it-talb, is-sagramenti, is-sentimenti sbieħ lejn xulxin, il-fedelta’, id-djalogu sinċier, u dawk l-azzjonijiet ta’ ġenerożita lejn xulxin. Hekk inkunu dawl ta’ tama u skejjel ta’ mħabba fejn ngħixu!

Tista’ taraw wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0z8aY56kL3vLoXz2iyWqRrKxsgXPdfogNm9HGRP7TsBaSzDERUs497rhNbHSk1wxbl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading