Kitba ta’ Joe Galea
Ma kontx naf biha imma f’dal-Milied smajtha darbtejn, fil-Kwaranturi tas-Santwarju tal-Karmnu u fil-Quddiesa mill-Katidral tal-Madonna tal-Għoqiedi.
Din il-‘Puer Natus’ Gregorjana tidher monotona, stil ta’ kant monastiku, ilħna ta’ rġiel biss. Twassal sas-sekli 13 u 14. Fiha 14-il vers qosra, bil-Latin u f’kull vers hemm 4 ‘Aleluia’. Ir-ritornell jistedinna biex “bil-ferħ f’qalbna naduraw b’għanja ġdida lil Kristu li twieled”.
Ma nafx għaliex, fejn hemm ‘Aleluia Alleluia’ fiha noti tassew sbieħ u jidħlu f’qalbek. Dal-jumejn, l-‘Aleluia Aleluia’ ta’ din il-‘Puer Natus’ il-ħin kollu miegħi, bħal meta ngħidu, “qalbek tfur għal xi waqtiet”.