L-‘Aleluia’ tal-‘Puer Natus’

Kitba ta’ Joe Galea

Din il-‘Puer Natus’, li din is-sena smajtha kemm fil-Kwaranturi tas-Santwarju tal-Karmnu u fil-Quddiesa mill-Katidral tal-Madonna tal-Għoqiedi, xtaqt li nsib kliem bil-Malti għaliha u ppruvajt li jkun b’mod li jista’ jitkanta tajjeb. Tant hu innu sabiħ, li ta’ min nitgħallmuh għall-Milied tas-sena d-dieġla.

Din il-‘Puer Natus’ Gregorjana tidher monotona, stil ta’ kant monastiku, ilħna ta’ rġiel biss. Twassal sas-sekli 13 u 14. Fiha 14-il vers qosra, bil-Latin u f’kull vers hemm 4 ‘Alleluia’. Ir-ritornell jistedinna biex “bil-ferħ f’qalbna naduraw b’għanja ġdida lil Kristu li twieled”.

Fejn hemm ‘Alleluia Alleluia’ fiha noti tassew sbieħ u jidħlu f’qalbek. Kont semmejt li f’dal- jiem l-‘Alleluia Alleluia’ ta’ din il-‘Puer Natus’ il-ħin kollu miegħi, bħal meta ngħidu, “qalbek tfur għal xi waqtiet”.

PUER NATUS IN BETLEHEM

1 F’Betlem twieled tarbija f’għar, Alleluia.

Ifraħ, thenna, Ġerusalemm!

Alleluia, Alleluia.

Bil-ferħ f’qalbna naduraw,

Inkantaw lil Kristu mwieled

B’din l-għanja ġdida.

2 L-Iben ta’ Alla il-Missier, Alleluia.

Sar mill-għoli wieħed minna.

Alleluia, Alleluia.

Bil-ferħ f’qalbna naduraw,

Inkantaw lil Kristu mwieled

B’din l-għanja ġdida.

3 Bit-taħbira ta’ Gabrijel, Alleluia.

Verġni welldet it-Tarbija.

Alleluia, Alleluia.

Bil-ferħ f’qalbna naduraw,

Inkantaw lil Kristu mwieled

B’din l-għanja ġdida.

4 Bħal għarus li riesaq qrib, Alleluia.

Joħroġ mll-ġuf ta’ Marija,

Alleluia, Alleluia.

Bil-ferħ f’qalbna naduraw,

Inkantaw lil Kristu mwieled

B’din l-għanja ġdida.

5 Dak li jsaltan fis-smewwiet, Alleluia.

Hemm f’maxtura mal-art mistrieħ

Alleluia, Alleluia.

Bil-ferħ f’qalbna naduraw,

Inkantaw lil Kristu mwieled

B’din l-għanja ġdida.

6 Baqra u ħmara li hemm fil-għar, Alleluia.

Raw lil Alla f’dik it-tarbija

Alleluia, Alleluia.

Bil-ferħ f’qalbna naduraw,

Inkantaw lil Kristu mwieled

B’din l-għanja ġdida.

7 Lir-ragħajja l-anġlu qal, Alleluia.

Jgħaġġlu jmorru lejn it-Tarbija.

Alleluia, Alleluia.

Bil-ferħ f’qalbna naduraw,

Inkantaw lil Kristu mwieled

B’din l-għanja ġdida.

8 U rejjiet minn art ‘il bogħod, Alleluia.

Mil-Lvant ġabulu r-rigali.

Alleluia, Alleluia.

Bil-ferħ f’qalbna naduraw,

Inkantaw lil Kristu mwieled

B’din l-għanja ġdida.

9 Offrew mirra inċens u deheb, Alleluia.

Biex iqimu lir-Re Divin.

Alleluia, Alleluia.

Bil-ferħ f’qalbna naduraw,

Inkantaw lil Kristu mwieled

B’din l-għanja ġdida.

10 Ġie fid-dinja bla misser, Alleluia.

Taħt id-dell tal-Ispirtu s-Santu.

Alleluia, Alleluia.

Bil-ferħ f’qalbna naduraw,

Inkantaw lil Kristu mwieled

B’din l-għanja ġdida.

11 Kien meħlus mis-serp qarrieq, Alleluia.

Biex jifdina b’demmu l-għażiż.

Alleluia, Alleluia.

Bil-ferħ f’qalbna naduraw,

Inkantaw lil Kristu mwieled

B’din l-għanja ġdida.

12 Bħalna dgħajjef għalina sar, Alleluia.

Ħuna f’kollox mingħajr id-dnub.

Alleluia, Alleluia.

Bil-ferħ f’qalbna naduraw,

Inkantaw lil Kristu mwieled

B’din l-għanja ġdida.

13 F’dan it-twelid qaddis, Alleluia.

Inroddu ħajr lil Alla.

Alleluia, Alleluia.

Bil-ferħ f’qalbna naduraw,

Inkantaw lil Kristu mwieled

B’din l-għanja ġdida.

14 Infaħħru lit-Trinita, Alleluia.

Lil Alla ngħidu grazzi.

Alleluia, Alleluia.

Bil-ferħ f’qalbna naduraw,

Inkantaw lil Kristu mwieled

B’din l-għanja ġdida.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading