Talb tal-interċessjoni. L-Epifanija tal-Mulej

V …  Bħall-Maġi ninxteħtu quddiem il-Mulej Ġesù u noffrulu dak li hemm ġo qalbna.

1. Nitolbuk, O Ġesù, għall-Knisja għażiża tiegħek: ħa tkun miftuħa biex tilqa’ kemm lil dawk tal-qrib kif ukoll lil dawk li jiġu jfittxuk mill-bogħod. Nitolbu

2. Rattab il-qlub ta’ dawk il-mexxejja li ma jħallux il-popli jipprattikaw b’mod liberu r-reliġjon tagħhom: ħa jagħrfu li l-poter veru jinsab fil-ħarsien tad-dinjità ta’ kull bniedem. Nitolbu

3. Mulej Ġesù, nitolbuk għal dawk li qed ifittxuk bis-serjetà f’ħajjithom: ibagħtilhom persuni li juruhom it-triq lejk, kif il-kewkba uriet it-triq lill-Maġi. Nitolbu

4. Nitolbuk għalina hawn miġbura madwarek, biex nagħrfuk bħala l-veru Alla u Sultan tagħna. Nitolbu

V …  Mulej Ġesù, ilqa’ dan it-talb fqir tagħna li ħiereġ minn qalbna, kif ilqajt ir-rigali li offrewlek il-Maġi f’Betlehem. Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading