28/02/2026: Dan ir-Randan, l-Arċisqof Charles Scicluna jispjega fi ftit minuti l-Evanġelju li se jinqara fil-Ħdud tar-Randan, u joffri punti ta’ riflessjoni għal matul dan il-vjaġġ spiritwali.
Filmat: Nicholas Agius Deguara – Uffiċċju tal-Preżenza Diġitali
It-Tieni Qari għat-Tieni Ħadd: 2 Tim 1:8b-10
Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lil Timotju
Għażiż, aqsam miegħi t-tbatija għall-Evanġelju, u afda fil-qawwa ta’ Alla, li salvana u sejħilna b’sejħa qaddisa, mhux għax qies l-għemejjel tagħna, imma skond il-pjan tiegħu stess u skond il-grazzja tiegħu. Din il-grazzja tahielna qabel iż-żmien tal-eternità fi Kristu Ġesù, imma dehret issa permezz tad-dehra tas-Salvatur tagħna Kristu Ġesù li qered il-mewt, u dawwal il-ħajja bla tmiem permezz tal-Evanġelju.
Sors: www.knisja.mt