Il-Ħadd 1 ta’ Marzu 2026. Wara messaġġ tiegħu tal-Ħadd u wara t-talba tal-Angelus, il-Papa Ljun XIV wera t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni preżenti fil-Lvant Nofsani u fl-Iran
Huwa qal, “Qed insegwi bi preokkupazzjoni kbira dak li qed jiġri fil-Lvant Nofsani u fl-Iran, f’dawn is-siegħat drammatiċi. L-istabbiltà u l-paċi ma jiġux bit-theddid reċiproku u lanqas bl-armi li jiżirgħu qerda, niket u mewt, imma biss permezz ta’ djalogu raġonevoli, awtentiku u responsabbli.”
Il-Papa kompla jgħid li, “Quddiem il-possibbiltà ta’ traġedja ta’ proporzjoniet enormi, indur lejn il-partijiet li qed jiġġieldu u minn qigħ qalbi nistedinhom jassumu r-responsabbiltà morali u jwaqqfu l-ispirali ta’ vjolenza qabel ma ssir dagħbien irreparabbli! Jalla d-diplomazija ssib mill-ġdid l-irwol tagħha għall-promozzjoni tal-ġid tal-popli mxennqin għal konvivenza paċifika msejsa fuq il-ġustizzja. Inkomplu nitolbu għall-paċi.”
Ara l-messaġġ kollu li ta l-Papa fit-Tieni Ħadd tar-Randan … https://laikosblog.org/2026/03/01/lxiv_angelus_01032026/
Infakkru li l-Fehma tal-Papa għax-xahar ta’ Marzu 2026 hija biex nitolbu lill-Alla għad-diżarmament u l-paċi … https://laikosblog.org/2026/02/28/il-fehma-tal-papa-ghal-marzu-2026/