Santu Wistin fit-tagħlim tal-Papa Benedittu XVI

Matul il-Pontifikat tiegħu, il-Papa Benedittu XVI kien ta sensiel twila ta’ katekeżijiet dwar personalitajiet kbar tal-Knisja, fosthom ukoll kien hemm ħamsa dwar Santu Wistin, li fi kliem il-papa nnifsu dan huwa l-ikbar Missier tal-Knisja Latina.


Katekeżijiet mill-Papa Benedittu XVI fuq Santu Wistin

1. Ħajtu.
2. L-aħħar snin u l-mewt.
3. Fidi u raġuni.
4. Il-kitbiet tiegħu.
5. Il-konverżjoni tripla.


ĦAJTU (1)
Udjenza Ġenerali
L-Erbgħa 9 ta’ Jannar 2008

llum nitkellem fuq l-ikbar Missier tal-Knisja Latina, Santu Wistin: bniedem ta’ passjoni u ta’ fidi, ta’ intelliġenza l-aktar għolja u ta’ għożża pastorali bla heda, dan il-Qaddis u Duttur kbir tal-Knisja spiss hu magħruf, almenu b’ismu, anki minn min jinjora l-Kristjaneżmu jew mhux familjari miegħu, għax hu ħalla marka mill-aktar qawwija fuq il-ħajja kulturali tal-Punent u tad-dinja kollha.

Kompli …


L-AĦĦAR SNIN U L-MEWT (2)
Udjenza Ġenerali
L-Erbgħa 16 ta’ Jannar 2008

Nixtieq inkellimkom fuq l-Isqof kbir ta’ Ippona, Santu Wistin. Erba’ snin qabel ma miet, hu ried jagħżel is-suċċessur tiegħu. Għalhekk, fis-26 ta’ Settembru 426, ġabar il-poplu fil-Bażilika tal-Paċi, f’Ippona, biex jippreżenta lill-fidili dak li kien għażel għal din il-ħidma. Qalilhom: “F’din il-ħajja lkoll għad irridu mmutu, imma ħadd minna qatt ma jaf bl-eżatt l-aħħar jum ta’ din il-ħajja.

Kompli …


IT-TAGĦLIM. IL-FIDI U R-RAĠUNI (3)
Udjenza Ġenerali
L-Erbgħa 30 ta’ Jannar 2008

Il-katekeżi tal-lum hi ddedikata lit-tema fidi u raġuni, li hija t-tema determinanti għall-bijografija ta’ Santu Wistin. Sa minn tfulitu kien tgħallem mingħand ommu Monika l-fidi Kattolika. Imma ta’ adolexxent kien telaq din il-fidi, Imma tant kienet qawwija r-radikalità tiegħu li ma setax jikkuntenta ruħu b’filosofiji li ma kinux jaslu għall-verità nfisha, li ma kinux jaslu sa Alla.

Kompli …


IL-KITBIET TIEGĦU (4)
Udjenza Ġenerali
L-Erbgħa 20 ta’ Frar 2008

Huwa l-Missier tal-Knisja li ħalla l-ikbar għadd ta’ opri, u fuq dan illum nixtieq nitkellem fil-qosor. Xi wħud mill-kitbiet ta’ Wistin huma ta’ importanza kbira ħafna, u mhux biss għall-istorja tal-Kristjaneżmu imma għat-tiswir tal-kultura kollha tal-Punent: l-aktar eżempju ċar huma l-Istqarrijiet, li bla dubju ta’ xejn hu wieħed mill-kotba tal-antikità Nisranija li l-iżjed għadhom jinqraw sal-lum. 

Kompli …


IL-KONVERŻJONI TRIPLA (5)
Udjenza Ġenerali
L-Erbgħa 27 ta’ Frar 2008

Il-konverżjoni ta’ Wistin ma kinitx ħaġa ta’ mument u lanqas wasal għaliha b’mod sħiħ sa mill-bidu, imma nistgħu pjuttost inħarsu lejha bħala mixja vera u proprja, li tibqa’ mudell għal kull wieħed u waħda minna. Laħqet il-quċċata tagħha bil-konverżjoni u mbagħad bil-Magħmudija, imma ma għalqitx meta ġie mgħammed mill-Isqof Ambroġ. Il-mixja ta’ konverżjoni ta’ Wistin fil-fatt baqgħet għaddejja umilment sa tmiem ħajtu.

Kompli …


Aktar dwar Santu Wistin …

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading