Talb tal-interċessjoni. Ir-4 Ħadd tal-Randan

V … Ejjew ningħaqdu flimkien f’talba waħda, konvinti li l-għaqda ta’ bejnietna għandha l-qawwa li tmiss il-qalb ta’ Alla. Nitolbu u ngħidu flimkien: Mulej, isma’ l-karba tal-poplu tiegħek.

1. Agħti l-għerf u l-umiltà lill-mexxejja tal-Knisja, biex ikunu jistgħu jiggwidaw lill-poplu tiegħek fit-triq tal-qdusija, bl-imħabba u l-kuraġġ. Nitolbu

2. Għallem lill-mexxejja politiċi biex jisimgħu b’qalbhom, u mhux biss bil-widna, dak li hu ta’ ġid għall-popli. Għallimhom jisimgħu ukoll is-silenzju ta’ dawk li għandhom bżonn l-għajnuna. Nitolbu

3. Sawwab fina l-Ispirtu tiegħek sabiex min qed jiġi kkritikat u mwarrab isib fina kompassjoni mingħajr ġudizzju. Nitolbu

4. Tħallix id-dgħufijiet u l-għama tagħna jtellfuna milli nirċievu d-dawl veru; agħtina li naraw id-dinja b’għajnejn ta’ gratitudni u ħniena, u nġibu ruħna ta’ wlied id-dawl li aħna. Nitolbu

V … O Missier, li tieħu ħsieb id-dgħajfa, dawwar il-ħarsa ħanina tiegħek lejn dawk li jistennew l-għajnuna u l-maħfra tiegħek sabiex imġedda fit-tama bil-mewt feddejja ta’ Ibnek ngħollulek għanja ta’ radd il-ħajr u tifħir. Bi Kristu Sidna.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading