VIŻTA LIS-SEMINARJU PONTIFIĊJU LOMBARD
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Pjazza S. Maria Maggiore, 13 ta’ Jannar 1985
1. Wara l-pellegrinaġġ tiegħi lill-postijiet sagri bit-tifkira ta’ San Karlu fir-rabà ċentinarju mill-mewt, ma stajtx, għeżież studenti tas-Seminarju Lombard, ma niġix nagħmel vista wkoll lil dan l-istitut, li hu msemmi għalih, kif ukoll għal San Ambroġ. Jiena kuntent li ninsab hawn flimkien magħkom, f’din il-kappella, li fiha kelli l-pjaċir li nidħol fil-bidu tas-servizz pastorali tiegħi bħala suċċessur ta’ Pietru. Hawn qed nirritorna f’data wkoll sinifikattiva għal raġuni oħra: dan il-bini ġdid, mibni mill-ġdid mill-pedament fil-post fejn kien hawn mibni dak mibni taħt il-pontifiat ta’ Piju XI, li wasal biex jagħlaq għoxrin sena mill-inawgurazzoni tiegħu. Huwa tassew għażiż għalija li qiegħed bil-vista tiegħi nonora din l-okkażjoni sabiħa.
Flimkien maż-żewġ kardinali u l-isqfijiet hawn preżenti, nindirizza tislima kordjali lir-rettur, Monsinjur Luigi Belloli, lid-direttur spiritwali u lilkom ilkoll; għeżież studenti, li tinsabu hawn biex tkomplu l-istudji filosofiċi u tejoloġiċi fl-universitajiet ekkleżjastiċi tal-Belt. Il-waqfa tagħkom f’Ruma tirrendikom b’xi mod parteċipi fil-ħajja li tiżvolġi fid-dijoċisi tal-Papa u allura tagħtikom dritt speċjali għall-preokkupazzjoni tagħha.
2. Iċ-ċirkustanzi jippermettuli li nissuġġerilkom biss xi spunti mgħaġġla ta’ riflessjoni. Li tispirhom se tkun, kif inhu ovvju, il-figura tal-kbir isqof Milaniż, li ħalla tant marka tiegħu fil-Knisja. Il-ħsieb imur qabel kollox fuq il-ħajja ta’ awsterità eċċezzjonali li huwa għex. Il-bijografu tiegħu l-iktar awtorevoli, Karlu Bascapé, fid-«De vita et rebus gestis Caroli» jiddedika (cf. per eżempju Carlo Bascapé, De vita et rebus gestis Caroli, lib. VII, capp. I-VI) paġni numerużi għad-deskrizzjoni tal-penitenzi tassew iebsin li għalihom hu kien jissuġġetta lilu nnifsu, b’mod speċjali fl-aħħar snin.
Huwa bla dubju ġust nosservaw li San Karlu kellu sejħa personali minn Alla, bħala funzjoni ta’ rwol ekkleżjali partikolarissmu. Kien mela arbitrarju li jara minn kull aspett tal-kondotta tiegħu norma valida għal kulħadd. Imma kif ma nagħrfux fl-esperjenza tiegħu r-riferenza preċiża għal valur evanġeliku profond, dik taċ-ċaħda, jew, biex ngħiduha b’terminu klassiku, tal-“mortifikazzjoni”, valur li bih kull ġenerazzjoni nisranija trid neċessarjament tiffaċċja? F’soċjetà bħal tagħna, affaxxinata mill-mit tal-konsumiżmu, dan huwa diskors li jista jinstama iebes. Imma aħna nafu li l-mortifikazzjoni evanġelika mhix iffokament ta’ valuri awtentikament umani linqas, ferm inqas, rinnegament tagħhom. Fih hija pjuttost il-kondizzjoni indispensabli biex tiggarantixxi lill-bniedem il-libertà interna li, waqt li twarrbu mis-suġġezzjoni għall-ħwejjeġ sensibli, tippermettilu li jitwettaq skont il-verità tal-esseri spiritwali propju.
3. It-tieni ħsieb li San Karlu jissuġġerili rigward it-tema tal-perfezjonament fl-istudji ekkleżjastiċi tagħkom. Intom tafu kemm stima kellu il-Borromeo għall-istudji u kemm attenzjoni kien jagħmel biex jassikura kleru mgħallem, minbarra devot. Dan huwa dak li huwa jisħaq fis-Sinodu tal-1568, waqt li kellem lis-saċerdoti tiegħu: “Quod vero attinet ad studium sacrarum Litterarum Nos, quantum in Nobis fuit, nihil pene non egimus, ut vos eruditos haberemus”. U jispjega: “Huwa dmirkom li tgħallmu l-moħħ tal-fidili dwar il-misteri tal-ħajja nisranija u dwar il-preċetti tal-liġi divina; qua sane ratione fiet, neglectis studiis? Dmir tagħkom huwa wkoll li tispjegaw l-effettività tas-sagramenti u l-prattika tagħhom; quo id pacto fiet, neglectis studiis? Fl-aħħarnett, imiss lilkom li ssolvu l-każi tal-kuxjenza, quodam modo fiet, neglectis studiis?” (S. Carlo Borromeo, Orationes XII, Romae, pp. 84-85).
Fid-diwi ta’ tali twissija tal-kbir arċisqof, nieħu pjaċir infakkar li l-inizjatur ta’ dan is-seminarju kien membru ieħor distint tal-familja Borromeo, dak Edwardu, mastru di kamera ta’ Piju IX u wara kardinal, li f’din l-opra tefa ħin, interessi u sustanzi. Is-serjetà tal-impenn tagħkom fil-ħidma ta’ kuljum tal-istudju tistà tikkorrispondi għall-istenniji ta’ min vara din l-istituzzjoni u speċjalment għal dawk tal-isqfijiet tagħkom, li jorbtu fuqkom għal servizz kwalifikat fid-dijoċesijiet rispettivi.
4. Min jaf lil San Karlu jaf tajjeb li fil-quċċata ta’ kull preokkupazzjoni kien hemm dejjem dik ta-kultivazzjoni fih u fl-oħrajn ta’ ħajja nterna qawwija, mitmugħa fis-sors ta’ talb assidwu u ferventi. Huwa kien konvint li “xejn mhu hekk bżonnjuż għall-persuni ekkleżjastiċi kollha daqs il-meditazzjoni ta’ qabel, li tikkumpanja u li ssegwi l-azzjonijiet kollha tagħna”. Magħha hu kien iżid, “nistgħu faċilment nissuperaw id-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom, u dawn huma bla numru, kuljum . . . u jkollna l-qawwa biex niġġeneraw lil Kristu fina u fl-oħrajn” (Ivi, p. 136).
Nawguralkom li din il-konvinzjoni ta’ San Karlu, ipparteċipatha mill-bqija minn kull qaddis ieħor fl-epoki kollha tal-Knisja, tegħreq f’kull wieħed minnkom u tħeġġiġkom biex timpenjaw ruħkom biex issiru veri bnedmin tat-talb. Tiggwidakom f’din il-mixja l-Verġmi Mqaddsa, ruħ oranti per eċċellenza, li l-bażilika majjestuża tagħha, venerabbli għall-antikita u għall-kunsens tal-fidili, tinsab wieqfa hawn propju maġembkom.. F’riġlejha jalla kull wieħed minnkom jitgħallem jiddjaloga qalb ma’ qalb ma’ Alla, introduzzjoni ndispensabbli din, biex wieħed jiftaħ djalogu fruttuż apostolikament ma’ l-aħwa.
Imberikkom b’imħabba kbira.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb