Blata tinqata minn postha qrib St Peter’s Pool
Il-bieraħ u fil-jiem li għaddew xi għawwiema marru għad dell ta’ blata kbira qrib ta’ St. Peter’s pool.
Ovvjament hu naturali li meta x-xemx tkun qiegħdha tgħanni dak li jkun imur iffittex ftit dell.
Li ma ntebħux dawn l-għawwiema, kien li kienu jinsabu taħt blata li fl-aħħar jiem bdiet tinqata’ minn postha.
Azzjoni mmedjata
Il-mument li min induna saffar is-suffara tal-alarm u tellgħu xi posts fuq fb (u nimmaġina li nforma lil pulizija), il-pulizija ħadu azzjoni wara ftit siegħat, u għalqu ż-żona, biex jekk eventwalment il-blata xi darba tinqata’ minn postha, ma jweġġa ħadd.
L-akbar għadu tal-bniedem huwa d-dnub (San Ġorġ Preca)
U fis-soċjeta’ li fiha ninsabu, spiss insibu rwieħna f’sitwazjoni simili.
Għax naraw lil kulħadd sejjer għad-dell, nagħmlu bħal nagħaġ ta’ Bendu, u nimxu mal-kurrent.
- U ħallik mill-Quddies tal-Ħadd:
- U ajma billi toqgħod tifflertja mas-sieħbek jew seħbietek fuq il-post tax-xogħol u int miżżewweġ/miżżewġa !!!!!;
- U ajma x’immur inqerr nagħmel għand bniedem bħali, jiena nitlob maħfra quddiem il-Kurċifis:
- U ajma, jekk bniedem tant qiegħed ibati u t-tobba qiegħdin jgħidulu li għandu biss ftit ġimgħat ħajja, għala ma għandux ineħħi ħajtu b’idejh ?
- U ajma, billi nieħu nifs ħaxixa ma sħabi, jew nisnifja naqra coke ? Mhux aħjar hekk milli naqbad ma xi ħadd ?
- U ajma billi niffanga fl-ikel ? X’għandna mil-ħajja ?
- U ajma, billi mort ngħix mal-bf jew mal-gf qabel ma niżżewġu, mhux aħjar tipprova qabel ?
U l-lista hi twila…….
Oqgħod attent għat-twissijiet li jagħtuk
Minn taħt il-blata il-periklu ma tarahx.
META TKUN INT INNIFSEK FIHA, ĠIELI L-PERIKLU MA TARAHX, imma meta ninżel għarkuptejja quddiem Alla, l-periklu narah, u permezz tal-Qrar u tat-Tqarbin, ma nibqax fil-periklu għax naħrab minn taħt il-blata (id-demonju) li għandu pjan li jġibni daħna.
Id-demonju huwa bħal dak il-blata li minn taħt jidher innoċenti u benefattur tagħna (għax joffrilna d-dell mil-longa tax-xemx), imma Ġesu’ KIXEF L-INGANN ta’ dak li Huwa jsejjaħlu ‘MISSIER IL-GIDEB U QATTIEL’.
Afda BISS lil Alla
Xejn ma ngħidlek LID-DEMONJU TAFDAHX għax li jixtieq dak l-għadu tiegħek huwa li jġibek daħna.
ALLA IMMA TAK IL-ĦAJJA U JIXTIEQ JIPPRESERVALEK IL-ĦAJJA.
