Talb tal-interċessjoni. Il-17-il Ħadd matul is-Sena

V… Fl-Evanġelju tal-lum il-Mulej fakkarna fit-teżor li dak l-għani sab fl-għalqa. Aħna nafu li l-ikbar teżor tagħna huwa l-Mulej innifsu. Għalhekk ejjew inressqu talbna lill-Mulej Alla tagħna.

1. Ħu ħsieb, Mulej, lil dawk li inti għażilt fit-tmexxija tal-Knisja tiegħek biex dejjem ikunu qrib tiegħek u jwasslu l-kelma tiegħek lill-ġnus kollha. Nitolbu

2. Għin, Mulej, lill-mexxejja tan-nazzjonijiet biex jagħrfu dejjem li l-għaqda u l-paċi huma meħtieġa għad-dinjità tal-bnedmin. Nitolbu

3. Tinsiex, Mulej, lill-ġenituri u l-għalliema ta’ wliedna biex bi kliemhom u għemilhom jibqgħu dejjem ikunu edukaturi tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Nitolbu

4. Ħares, Mulej, lil kull wieħed u waħda minna biex dejjem nagħżlu dak li hu tajjeb u li jkompli jibnina fir-relazzjoni tagħna miegħek u ma’ ħutna. Nitolbu

V… Ilqa’ Mulej dawn it-talbiet tagħna filwaqt li aħna nkomplu noffrulek lilna nfusna biex tieqaf magħna ħalli nsiru nixbhuk. Bi Kristu Sidna

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading