Stenna dejjem li tispiċċa bla ħsieb fl-ilma jagħli

Kitba ta’ Patri Juan De Bono ocd

Il-ħajja mimlija sorpriżi

Fil-ħajja stenna minn kollox.

Tħejji ruħek, kemm tħejji ruħek għal ħajja, meta tibda tgħixha din tispiċċa toffrilek sorpriżi li qatt ma tkun ħlomnt bihom li qatt se jseħħu f’ħajtek.

Il-problema hija mhux li jiġu dawn iċ-ċirkostanzi, għax dawn se jiġu anyway, imma KIF SE TIRREJAĠIXXI GĦALIHOM INT META JASLU.

Tliet modi kif tista’ tirrejaġixxi quddiem sorpriżi li ma tkunx qiegħed/qiegħdha tistenniehom

Ejjew nieħdu eżempju mil-ħajja ta’ kulljum.

Per eżempju oġġetti differenti meta jintefgħu fl-ilma meta da ikun qiegħed jagħli jirreaġixxu b’mod differenti għal kollox, u dan abbażi tal-istruttura kimika u fiżika tal-oġġett innifsu.

Per eżempju:

🥕 Il-karrotta tirtab

  • Is-sħana għolja tal-ilma teqred iċ-ċelloli nfushom tal-karrotta u għalhekk il-kolla naturali li jkun fiha l-karrotta tinħall fl-ilma jagħli, u dan iwassal biex l-ilma jippenetra l-karrotta u jrattbilha l-fibri.

🥚 Il-bajda tibbies

  • Is-sħana provenjenti mill-ilma jagħli tbiddel l-istruttura tal-protejini likwidi li jkjun hemm fil-bajda, u għalhekk il-ktajjen tal-proteini jinfetħu (dak li jissejjaħ denaturazzjoni, u dan iwassal biex il-proteini jingħaqdu flimkien u jagħmlu xibka solida (magħrufa bħala koagulazzjoni).

Il-kafè jinħall u jinxtered

  • Minn naħa l-oħra, l-granuli tal-kafe, li għandhom minnhom infushom struttura poruża tispiċċa tinħall fl-ilma speċjalment meta dan ikun sħun jew jagħli, u dan peress li l-ilma sħun jispiċċa jkisser ir-rabtiet tal-molekuli fil-granuli tal-kafe’. B’hekk il-partiċelli jinfirxu b’mod uniformi fil-likwidu (soluzzjoni) li tkun ferrajt fuq dawk il-granuli.

U int kif se tirrejaġixxi ?

U INT FIL-ĦAJJA, QUDDIEM ID-DIFFIKULTAJIET (L-ILMA JAGĦLI), KIF SE TKUN IR-REJAZJONI TIEGĦEK?

  • SE TIDDGĦAJJEF BĦAL KARROTTA ?
  • SE SSIR IEBES BĦAL BAJDA MGĦOLLIJA ?
  • JEW SE TISPIĊĊA INT INNIFSEK TBIDDEL L-AMBJENT TA’ MADWAREK?

Kif irrejaġixxiet Santa Tereża ta’ Ġesu’

L-omm tagħna Santa Tereża kienet tgħix f’dinja li fiha l-fidi kienet qiegħdha tiġi imminata minn Riforma li nfirxet mal-Ewropa kollha. Riforma li ċaħdet li Alla jinsab preżenti fl-Ewkaristija u li ċahdet lil Marija Santissima (fost oħrajn).

Santa Tereża waqfet monasteri fejn fihom numru ta’ tfajliet urew b’ħajjithom li jemmnu li f’dak il-ħobż ikkonsagrat hemm il-preżenza rejali ta’ Alla, u Marija Santissima kellha tkun l-Omm u l-Oħt li tgħaqqad lil-komunita reliġjuża f’komunita’ waħda.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading