Artiklu dwar dokumentarju fuq il-katidral ta’ Notre Dame, Parigi
Kitba ta’ Joe Galea
Meta nhar it-Tnejn tal-15 t’April 2019 il-fjammi ħakmu s-saqaf tal-Katidral ta’ Notre-Dame, f’Pariġi, “iċ-ċiviltà tagħna xxukkjat ruħha, għaliex ilkoll bżajna li ma konniex qed nitilfu biss katidral imma konna qed nitilfu lilna nfusna.” Dan hu li qal l-Isqof Robert Barron meta ntroduċa l-ewwel dokumentarju tiegħu bl-isem ta’ Il-Ġenna fil-Ġebel u fil-Ħġieġ. Dak il-mument tal-biża’ dawwal lil Isqof Baron biex joħloq id-dokumentarju li juri kif l-arkitettura sagra sservi bħala “mogħdija ta’ aċċess għall-Mulej”. Bid-dokumentarju Il-Ġenna fil-Ġebel u fil-Ħġieġ li se jintwera fiċ-ċinema f’Settembru li ġej, l-Isqof Barron se jieħu lil min se jarah f’ħames katidrali Kattoliċi.

L-Isqof Robert Baron fil-katidral ta’ Notre Dame
Dokumentarju mwieled mill-Irmied ta’ Notre-Dame
Kien il-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa tal-2019 meta filwaqt li erba’ mitt ħaddiem tat-tifi tan-nar ħadmu bla waqfien biex jiġġieldu n-nirien, il-Pariġini bkeu fit-toroq waqt li kienu qed jaraw il-katidral, ikona sagra u kulturali jinħaraq. Ħafna nġabru fuq ix-xatt fuq ix-xellug tal-Katidral ikantaw innijiet u jitolbu biex il-knisja tant maħbuba tiġi salvata.
L-Isqof Barron qal li “d-dokumentarju huwa tweġiba għan-nar li kważi qered lil Notre-Dame”, knisja mibnija fuq il-fdalijiet ta’ knejjes preċedenti. Il-bini tagħha beda fl-1163, meta l-Papa Alessandru III qiegħed l-ewwel ġebla. Il-katidral li dam madwar mitejn sena biex jinbena u tlesta fl-1345.
Il-ħsieb li din l-istruttura kbira u għolja setgħet tintilef qanqal lill-Isqof tad-Djoċesi ta’ Winona-Rochester, Robert Baron, biex jistieden kemm lil Insara u mhumiex biex jidħlu f’dawn il-ħitan qaddisa. Fil-film, it-telespettaturi jiġu mmexxija f’ħames katidrali madwar Franza: Chartres, Notre-Dame, Reims, Amiens u Saint-Denis.
Dokumentarju li jerfa’ għajnejna lejn is-sema.
L-Isqof Barron spjega: “Minkejja l-pretensjonijiet tal-kultura sekulari, il-mistoqsijiet dwar l-eżistenza ta’ Alla u dwar ir-realtà ta’ Alla nnifsu ma jistgħux jiġu evitati. Il-ħila tagħna li noħolqu arkitettura sagra hija xhieda tax-xewqa f’qalb il-bniedem għal Alla, li tqiegħdet f’ruħ kull bniedem. Tassew li l-esperjenza tal-ġmiel hija mogħdija ta’ aċċess għall-Mulej innifsu.” Id-dokumentarju jfittex li jippreżenta pass kuraġġuż fil-missjoni kontinwa tal-ministeru li jqajjem u jagħti ħajja lill-fidi Kattolika permezz tal-qawwa taċ-ċinema.
L-Arkitettura bħala Skrittura Miktuba
Filwaqt li bbaża d-dokumentarju fuq il-ġrajja fiżika tal-Inkarnazzjoni, l-Isqof Barron enfasizza li “meta l-Knisja toħloq xi ħaġa, meta toħloq arti u arkitettura kbira, aħna nkunu qed nagħtu xhieda ta’ dik l-Inkarnazzjoni li permezz tagħha Alla wera lill-umanità kollha l-imħabba dejjiema tiegħu għall-ħolqien li hu opra tiegħu.”
Ħafna kellhom kummenti sbieħ dwar id-dokumentarju, fejn tispikka n-natura tal-katidrali Gotiċi. Il-katidrali Gotiċi Jagħmlu dan billi jħalltu l-Iskrittura direttament fix-xogħol tal-ġebel tal-katidrali. Fihom l-ispazji kemm ġewwa kif ukoll barra, intiżi biex jikkomunikaw il-veritajiet tar-rivelazzjoni biblika. B’hekk, il-katidral innifsu jsir bħal ktieb, rappreżentazzjoni artistika tal-Bibbja. Minħabba li l-katidral huwa l-post fejn issir il-qima tal-Knisja, il-katidral Gotiku juri li l-qima tal-Knisja fl-Ewkaristija toħroġ mir-rivelazzjoni biblika u terġa’ twassalna lura lejha.”
(ara youtube dwar id-dokumentarju)