Matul ix-xahar ta’ Settembru, l-Arċidjoċesi ta’ Malta xxandar il-quddiesa kuljum fid-9:30am fuq TVM+, Knisja.mt u Newsbook Malta. Mit-Tnejn sas-Sibt fuq Knisja.mt, Newsbook Malta, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Kull nhar ta’ Ħadd, il-quddiesa tixxandar fuq TVM, Knisja.mt u Newsbook Malta, l-istazzjon tar-radju RTK 103, u Facebook u YouTube tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.

L-Arċisqof Charles Scicluna se jmexxi dawn iċ-ċelebrazzjonijiet:
Il-Ħadd 6 ta’ Settembru, fl-10:00am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar u jqiegħed warda ta’ metall prezzjuż quddiem il-kwadru nkurunat tal-Madonna tal-Grazzja f’għeluq il-75 sena mit-tqegħid tal-kuruna fuq l-istess kwadru mill-Arċisqof Mikiel Gonzi. Fis-6:00pm jiċċelebra quddiesa fil-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina fin-Naxxar u jqiegħed warda ta’ metall prezzjuż quddiem l-istatwa ta’ Marija Bambina f’għeluq it-300 sena mill-miġja tal-istess statwa fil-parroċċa tan-Naxxar.
It-Tlieta 8 ta’ Settembru, fl-4:00pm, l-Arċisqof jiċċelebra l-quddiesa bir-rit tal-professjoni perpetwa ta’ Sr Melissa D’Amico fi ħdan is-Sorijiet tal-Karità, fil-Knisja Arċipretali ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.
Il-Ħadd 13 ta’ Settembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fis-Santwarju ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ f’San Pawl il-Baħar.
Is-Sibt 19 ta’ Settembru, fis-7:00pm, l-Arċisqof imexxi l-investitura ta’ tliet saċerdoti bħala kanonċi koadjaturi fil-Kapitlu Metropolitan, fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl fl-Imdina.
Il-Ħadd 20 ta’ Settembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Kappella Marija Omm il-Knisja f’Ta’ Mlit fil-Mosta.
It-Tnejn 21 ta’ Settembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra pontifikal statali f’Jum l-Indipendenza fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
Il-Ġimgħa 25 ta’ Settembru, fis-6:30pm, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa mal-familja Franġiskana f’għeluq it-800 sena mill-mewt ta’ San Franġisk fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina.
Il-Ħadd 27 ta’ Settembru, fid-9:30am, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa fil-Jum Dinji tal-Migranti u r-Refuġjati fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Franġisk t’Assisi fil-Qawra.
It-Tlieta 29 ta’ Settembru, fis-6:00pm, fil-festa ta’ San Mikiel, patrun tal-uffiċjali tal-ħabs, l-Arċisqof jiċċelebra quddiesa mal-uffiċjali u l-ħaddiema tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, fil-Katidral ta’ San Pawl fl-Imdina.
Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti