Talb tal-interċessjoni. Il-25 Ħadd matul is-Sena.

V B’fiduċja fil-Mulej li sa jagħtina l-għajnuna tiegħu fil-ħidmiet tagħna, ejjew inressqulu t-talb tagħna.

1. Imla bil-għerf tiegħek, Mulej, lil dawk kollha li int għażilthom biex imexxu l-Knisja tiegħek fl-għalqa kbira li hi d-dinja. Nitolbu

2. Mexxi Mulej, lil kull min ġie mogħti s-setgħa biex jiggverna ħalli jagħraf li kull setgħa ġejja minnek u li ġiet mogħtija lilu għall-qadi tal-popli. Nitolbu

3. Agħti Mulej, is-saħħa lill-ħaddiema kollha biex bil-ħidma tagħhom ikomplu jkunu ta’ fejda u ġid għall-ħuthom il-bnedmin. Nitolbu

4. Lilna lkoll Mulej, kompli mliena bil-kuraġġ u l-perseveranza ħalli nkomplu naħdmu biex is-Saltna tiegħek tiġi rrealizzata fuq l-art. Nitolbu

V Trinità Qaddisa, familja ta’ mħabba u qdusija, kompli ixħet il-barka tiegħek fuq il-ħolqien kollu li hu l-frott tal-imħabba tiegħek. Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading