V Ispirati mill-kliem ta’ Ġesù fuq il-maħfra li trid tingħax fost dawk li jimxu warajh, ejjew nitolbu lill-Mulej sabiex jagħtina dejjem il-maħfra tiegħu.
1. Mulej, ħu ħsieb lill-Papa u lil dawk li għażilt biex ikunu fit-tmexxija tal-Knisja tiegħek ħalli jiggwidaw lill-poplu tiegħek fis-sewwa u l-ġid. Nitolbu
2. Mulej, mexxi lil kull min għandu r-responsabbiltà tat-tmexxija ħalli dejjem jimxu bil-ġustizzja u l-fedeltà lejn is-sudditi tiegħu. Nitolbu
3. Mulej, ħares lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna biex jirċievu l-valuri li jgħinuhom matul ħajjithom. Nitolbu
4. Mulej, kun dak li tħares lilna lkoll biex inwettqu dejjem dak li trid minna int. Nitolbu
V Irroddulek ħajr Mulej, għal dak kollu li tagħmel magħna u nitolbuk biex dejjem inkunu ta’ ġid fl-għemejjel kollha tagħna. Bi Kristu Sidna.