Lectio Divina: 2 Ħadd tar-Randan, Sena A

Vanġelu(Mt 17, 1-9):  Bil-Grieg tintuża l-kelma “metamorfosi” mhux trasfigurazzjoni.  Aħna din nużawha meta dudu jsir farfett.  Hawn min jitqażżeż  meta jara ċertu dudu, imma jammirah meta jsir farfett sabiħ.  It-test jibda bil-kliem: “Sitt ijiem wara..”  għax sitt ijiem qabel, f’Ċesareja Filippi, Ġesu’ staqsa lill-Appostli: “Min tgħidu li jien?”  Pietru wieġbu:  “Int il-Messija.”  Wara din l-istqarrija ta’ fidi, Ġesu’ ħabbrilhom li se jmur Ġerusalemm.  U kellu jċanfar lil Pietru għax lumu, u għax b’raġunar bħal tal-bnedmin kien fi kliem ieħor qed jgħidlu:  “Min jagħti ħajtu għall-oħrajn huwa fallut.” 

Aktar