Il-ktieb għat tfal ‘Spazju għal Qalbi – Beloved Space’ jinsab għall-bejgħ

Il‑ktieb għat‑tfal ‘Spazju għal Qalbi – Beloved Space’, maħruġ mit‑taqsima Żvilupp Spiritwali fl‑iskejjel fi ħdan l‑Arċidjoċesi ta’ Malta b’kollaborazzjoni mal‑Aġenzija Nazzjonali tal‑Litteriżmu, issa jinsab għall‑bejgħ. Dan il‑ktieb, li għandu 11‑il storja miktuba minn Silvana Cardona, jikkonsisti fi stejjer qosra ta’ madwar 500 kelma. L‑istejjer huma ambjentati f’Malta u jittrattaw dwar tfal u adulti li jesperjenzaw sitwazzjonijiet differenti f’ħajjithom.

aktar