Adorazzjoni. Tnissil bla tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija

Introduzzjoni: Ħsieb tad-dħul għal adorazzjoni

X’imħabba kbira għandek għalina, o Ġesù, li għażilt li tiġi tgħammar fina u fostna fis-Sagrament Imqaddes.

Nadurak, o Ġesù, għal dawk li ma jadurawkx.

Inħobbok, o Ġesù, għal dawk li ma jħobbukx.

Nirringrazzjak, o Sinjur, għal dawk li qatt ma jirringrazzjawk; u noffrilek l-imħabba, l-gratitudni u l-adorazzjoni kollha tal-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija, bħala tpattija għal dak li hu nieqes f’qalbi, li ħafna drabi hi kiesħa u ngrata.                    (3 sek pawsa)

Aktar