21 omm jingħataw l-għajnuna minn Dar Tgħanniqa ta’ Omm

L‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi żar ir‑residenza ‘Dar Tgħanniqa ta’ Omm’ fil‑Mosta, li tgħin ommijiet li minkejja d‑diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom waqt it‑tqala jagħtu prijorità l‑ħajja tat‑tarbija fil‑ġuf. F’din id‑dar, li hija mmexxija mill‑Fondazzjoni Life Network, mal‑21 omm ingħataw l‑għajnuna f’dawn l‑aħħar tliet snin. F’dawn il‑jiem, ‘Dar Tgħanniqa ta’ Omm’ hi miftuħa sabiex kull min jixtieq jagħti donazzjoni u jara b’għajnejh l‑għajnuna li qed tingħata lil dawn l‑ommijiet u t‑trabi tagħhom.

aktar