Għada, il‑Ħadd 3 ta’ Mejju 2020, huwa il‑Jum Dinji ta’ Talb għall‑Vokazzjonijiet. Għal din l‑okkażjoni l‑Arċisqof Charles Scicluna se jiċċelebra Quddiesa bil‑Malti fid‑9:30 a.m. u Quddiesa bl‑Ingliż fis‑6:30 p.m., mill‑Kappella taċ‑Ċentru tal‑Vokazzjonijiet fis‑Seminarju, Tal‑Virtù. Il‑Quddies jixxandar fuq TVM2 u Knisja.mt. Illejla wkoll, fis‑7p.m. fuq Knisja.mt se tixxandar Quddiesa għaż‑żgħażagħ bis‑sehem ta’ wieħed mis‑seminaristi li bħalissa qed jirċievu l‑formazzjoni tagħhom fis‑Seminarju tal‑Arċisqof.
Tista’ ssegwi dawn iċ-Ċelebrazzjonijiet minn fuq din il-paġna tal-Laikos … http://laikos.org/quddiesa_live.htm
Continue reading “Jum Dinji ta’ talb għall-Vokazzjonijiet 2020”