Archive

Archive for the ‘Familja’ Category

Il-Knisja Kattolika, iż-żwieġ u relazzjonijiet oħra

August 20, 2016 1 comment

Dr Nadia Delicata – Lecturer tat-Teoloġija Morali fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta

(Din il-kitba kienet publikata fil-gazzetta “Il-Mument” 19-4-2015)

Il-Knisja Kattolika tara r-relazzjoni bejn mara u raġel bħala essenzjali, u allura naturali, għall-bniedem. Dan mhux biss fuq livell sesswali, fejn ir-relazzjoni bejn mara u raġel tnissel ġenerazzjonijiet ġodda. Imma anke għax ir-relazzjonijiet tagħna jagħtuna identità. L-adult jiżviluppa permezz ta’ relazzjonijiet ta’ kollaborazzjoni, ħbiberija u mħabba, waqt li t-tarbija għandha bżonn kura fiżika u ħafna għożża biex tikber u timmatura. Għalhekk l-importanza tal-familja, fejn l-omm u l-missier jieħdu ħsieb u jħobbu lil xulxin għall-iżvilupp intimu u personali tagħhom, waqt li jgħożżu lil uliedhom u jkunu ta’ eżempju għalihom biex dawn isiru cittadini tajba. Read more…

Iż-Żwieġ fil-kultura ta’ żmienna

August 18, 2016 Leave a comment

Dr Nadia Delicata – Lecturer tat-Teoloġija Morali fil-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta

(Dan l-artiklu kien publikat fir-rivista “Il-Karmelu”)

Id-dinja tinbidel. Jew ahjar, waqt li l-bniedem ibiddel id-dinja li jgħix fiha, jinbidel hu nnifsu wkoll.

Fis-seklu għoxrin għaddejna minn bidla kulturali radikali. It-tifel u t-tifla ma baqgħux jitrabbew biex isegwu l-passi tradizzjonali ta’ l-omm u l-missier. Bħal ħutha subien, il-bint bdiet titrawwem kiex tagħti “kontribut” lis-“soċjetà”—jew aħjar lill-ekonomija—billi tiżviluppa t-talenti kollha tagħha. Read more…

Reflections on Euthanasia

August 15, 2016 6 comments

By Dr Nadia Delicata, Lecturer of Moral Theology at the University of Malta

(Originally published on the Malta Independent)

In her teaching on euthanasia, the Church maintains a clear balance between two truths: that life is a gift from God that is sacred and therefore demands our utmost respect. But also that human life is not absolute: we are made of flesh and blood, our bodies are fragile and death is part of the human condition.

The advance in medical care has created many new opportunities for healing when we experience illness or physical injury. The Church recognizes these medical technologies as good because they help to protect the good that is human life itself. Thus, the Church encourages the use of medical technologies to promote healing and the improvement of the quality of daily living, in particular of the most vulnerable. Read more…

IL-KOABITAZZJONI F’MALTA

May 12, 2016 Leave a comment

Sottomissjonijiet mill-Moviment ta’ Kana bħala kontribut għall-konsultazzjoni mnieda mill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili

  1. OSSERVAZZJONI ĠENERALI

Kull persuna, ikun xi jkun l-istat tiegħu jew tagħha, għandha tiġi trattata b’rispett u b’dinjità. Mil-lat ċivili, huwa għalhekk dmir ta’ kull leġislatur, li jirregola d-drittijiet u l-obbligi bejn persuni f’forom differenti ta’ relazzjonijiet, bħalma huma il-koabitazzjoni, l-unjoni ċivili u ż-żwieġ. Read more…

Categories: Familja, Ġenerali

Il-familja f’pajjiżna llum

June 1, 2015 9 comments

Dawn huma wħud mid-domandi li permezz tagħhom, il-Konferenza Episkopali tal-Isqfijiet Kattoliċi tal-Ingilterra u ta’ Wales qed jistaqsu għall-opinjoni tal-publiku dwar il-familja. Faċilment nistgħu nistaqsuhom ukoll f’pajjiżna.

  1. X’inhu l-ferħat u t-tamiet tiegħek għall-ħajja tal-familja llum?
  2. X’inhuma d-diffikultajiet u l-biżgħat tiegħek għall-ħajja tal-familja llum?
  3. Kif nistgħu nifhmu aħjar iż-żwieġ bħala sejħa jew vokazzjoni?
  4. Iż-żwieġ tiegħek, kif jagħmlek aħjar?
  5. Il-familja tiegħek kif qed ittejjeb lil dawk ta’ madwarek?
  6. Bl-għaqda tagħha ma’ Alla, il-familja tiegħek kif qed tkun melħ tal-art, dawl għad-dinja, u post li minnu tkun imwassla l-fidi?
  7. Għandek kummenti oħra dwar il-familja?

Inti għandek opinjoni dwar dan id-domandi?  Napprezzaw jekk tiktbilna l-kummenti tiegħek hawn taħt. 

Categories: Familja

Diskussjoni Pubblika: It-Tisħiħ tal-Familja jnaqqas il-Faqar

July 6, 2014 8 comments
Diskussjoni Iklin 1

Ikklikkja fuq ir-ritratt …

Ħu sehem fid-diskussjoni inti wkoll. 

  1. Minnu li aktar ma jkollna familji mfarrka aktar jikber il-faqar fil-pajjiż?
  2. Knisja, Stat, NGOs u Poplu – Qegħdin inkunu kuraġġużi biżżejjed biex niddefendu u nsaħħu l-familja?
  3. F’soċjetà li dejjem tinbidel, hemm prinċipji li ma jinbidlux?
  4. Nistgħu naħdmu flimkien għat-tisħiħ tal-familja jekk lanqas biss qed naqblu bejnietna dwar x’inhi l-familja?  U jekk naqblu llum, nistgħu għada jerġa jibdielna?

Jekk jogħġbok ara l-filmat. Wara napprezzaw il-kummenti tiegħek.  Nitolbu biss li dawn isiru b’rispett u ma jkunux indirizzati lejn xi persuni jew gruppi. Grazzi. Read more…

“Qtilt erbgħa minn uliedi”

July 5, 2014 3 comments

Ġrajja ta’ koppja li wettqu abort fuq erbgħa minn uliedhom.  Wara konverżjoni straordinarja, huma kellhom żewġ subien li rabbewhom b’għożża u mħabba kbira, imma  “Kull meta nħares f’wiċċhom niftakar li hemm erbgħa oħra li mhu se nara wiċċhom qatt … ħlief meta mmur hemm, ħdejhom.” Read more…

Categories: Abort, Familja, Ġenerali