Ħarġa Nru 1082
Novembru din is-sena ġab miegħu l-160 anniversarju mit-twaqqif tas-Seminarju ta’ Għawdex, imfakkar mir-Rivista Il-Ħajja f’Għawdex b’qoxra u artiklu speċjali. Dan flimkien ma’ artiklu dwar x’sar 100 sena ilu f’Għawdex f’ġieħ is-7 ċentinarju mill-mewt ta’ San Franġisk, rapport fuq il-Mixegħla tal-Qaddisin, kif ukoll rapport dwar l-inizjattiva ġdida Smartphone Free Childhood Gozo, fost artikli oħra ta’ interess.
