Kelma tal-Ħajja ta’ Marzu 2021

“Triqatek, Mulej, għarrafni, il-mogħdijiet tiegħek għallimni” (Sal 25 [24],4).

Dan is-salm jurina bniedem li qed iħossu mdawwar minn perikli u theddid. Issa jinsab fil-bżonn li jsib it-triq it-tajba, li fl-aħħar tkun tista’ twasslu fiż-żgur. Lejn min se jdur? Hu jaf tajjeb kemm hu bniedem fraġli, imma fl-aħħarnett jgħolli għajnejh u jgħajjat lill-Mulej, Alla ta’ Iżrael, li qatt ma abbanduna l-poplu tiegħu, imma mexxieh minn vjaġġ twil fid-deżert sa ma wasslu fl-Art imwiegħda.

AKTAR