MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU L-PAPA LJUN XIV
GĦALL-LX JUM DINJI TAL-KOMUNIKAZZJONIJIET SOĊJALI
Nindukraw il-vuċi u l-wiċċ umani
Għeżież ħuti!
Il-wiċċ u l-vuċi u l-vuċi huma karatteristiċi u distintivi uniċi ta’ kull persuna; jikxfu l-identità irripetibbli tal-persuna u huma element fundamentali f’kull laqgħa. L-antiki kienu konxji ferm ta’ dan. Għalhekk, biex jiddefinixxu l-persuna umana, il-Ġriegi tal-qedem kienu jużaw il-kelma “wiċċ” (prósōpon) li etimoloġikament tfisser “dak li qiegħed quddiem il-ħarsa”, is-sitwazzjoni tal-preżenza u tar-relazzjoni. Iżda bil-Latin, il-kelma persuna (minn per-sonare) tinkludi wkoll il-ħoss: mhux ħoss kwalunkwe, iżda l-vuċi inkonfondibli ta’ xi ħadd.
Aktar