Messaġġ tal-Papa Ljun XIV għal Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani 2026

MESSAĠĠ TAL-QDUSIJA TIEGĦU LJUN XIV
GĦAS-VI JUM DINJI TAN-NANNIET U L-ANZJANI

[Festa ta’ Sant’Anna u San Ġwakkin, 26 ta’ Lulju, 2026]

Imma jien ma ninsiek qatt (Iż 49,15)
 

Għeżież ħuti,

b’fomm il-Profeta Iżaija l-Mulej iwiegħed li qatt mhu se jinsa lil ħadd.  Jiżgurana li fil-pali ta’ jdejh hemm imnaqqxin l-uċuħ tagħna lkoll (cfr Iż 49,16) u li mħabbtu hi akbar minn dik ta’ omm għal binha (cfr Iż 49,15).  Il-profeta jtina ħjiel ta’ djalogu intimu u mill-qrib fejn Alla jindirizza lil kull individwu u lin-nies infushom b’mod familjari. Illum ukoll nistgħu naraw li dal-kliem jirreferi għal kull wieħed u waħda minna, u kull wieħed u waħda minna nistgħu nħossu li “qatt mhu se ninsiek” hu indirizzat lilu/liha personalment.

Aktar