L-Evanġelju tal-Ħadd, 15 ta’ Ottubru 2017

Ħsieb minn Fr Michael Bugeja
Mt 22, 1-14

Ma nafx ċelebrazzjoni ta’ tieġ kemm iddum illum. Nisma’ li hawn uħud li jdumu ħafna. Nisma’ wkoll li hawn min id-dewmien jipprova jevitah minħabba l-ħlasijiet tal-overtime tal-impjegati. Fi żmien Ġesù, tieġ kien l-aqwa festa fir-raħal jew belt tal-għarajjes. Barra minn festa tal-għartajjes, tieġ kien il-festa tal-komunità kollha u kien idum ħafna, kultant anke ġimgħa sħiħa. U dan tieġ ta’ nies ordinarji f’raħal jew belt, aħseb u ara meta jkun it-tieġ ta’ bin is-Sultan. Continue reading “L-Evanġelju tal-Ħadd, 15 ta’ Ottubru 2017”