Paniġierku Sidtna Marija tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar 2026 – Patri Alan Joseph Adami OP

13.09.2026

Il-Papa, Piju XII, li fi żmien il-pontifikat tiegħu ġie inkurunat il-kwadru tal-Madonna tal-Grazzja hawnhekk ġewwa Ħaż-Żabbar, fl-1954, kiteb Enċiklika bit-titlu, Ad Caeli Regina, fi tmiem is-sena Marjana, li kienet qed tiġi ċċelebrata dik is-sena. F’din l-Enċiklika kiteb li inkurunazzjoni sseħħ biss ‘minħabba qima pubblika eċċezzjonali’ li xi xbieha tal-Madonna tkun tgawdi.[1] Jekk inħarsu mbagħad lejn in-noti tar-Rit tal-Inkurunazzjoni nsibu miktub hekk, ‘B’dan ir-rit (i.e. ir-rit tal-inkurunazzjoni) il-Knisja tistqarr li l-Verġni Marija jistħoqqilha li tiġi meqjusa u invokata bħala Sultana.’[2] Huwa ċar mela li l-att tal-inkurunazzjoni huwa sew att pubbliku kif ukoll proklamazzjoni kollettiva tal-Knisja f’isem il-poplu.

aqra aktar