Ngħożżu l-Ħajja

Is-Sibt 6 t’Awwissu 2016: Ittra Pastorali mill-E.T. Mons. Charles J. Sciscluna Arċisqof ta’ Malta u mill-E.T. Mons. Mario Grech Isqof ta’ Għawdex, fis-Solennita ta’ Sidtna Marija Mtellgħa s-Sema.

Continue reading Ngħożżu l-Ħajja

Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex

Is-Sibt 18 ta’ Ġunju 2016. Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex.

Aħna, I-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex, flimkien ma’ tant nies f’pajjiżna li jemmnu fil-valur u d-dinjità tal-ħajja lilhinn mit-twemmin li jħaddnu, irridu nesprimu t-tħassib tagħna għall-Protest Ġudizzjali li tressaq fil-Qrati tagħna mill-Fondazzjoni għad-Drittijiet tal-Mara, biex f’pajjiżna tiġi legalizzata il-pillola morning-after.

Continue reading Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex

Appell Ġabra għall Knisja fl Ukrajna

Il-Ġimgħa 15 ta’ April 2016: Appell Ġabra għall Knisja fl Ukrajna

Hija drawwa antika fil Knisja li l Insara jwieżnu Nsara oħra li jkunu għaddejjin minn mumenti iebsin. Fil fatt, l Appostlu Missierna San Pawl jgħid li l Insara tal Maċedonja u l Akaja għoġobhom jaqsmu ġidhom mal fqar fil Knisja f’Ġerusalemm (ara Rum 15:26).

Continue reading Appell Ġabra għall Knisja fl Ukrajna

Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex

Is-Sibt 9 ta’ April 2016. MESSAĠĠ MILL-ISQFIJIET TA’ MALTA U GĦAWDEX (35/2016)

Ningħaqdu mal-E.T. il-President tar-Repubblika Marie-Louise Coleiro Preca, fit-tħassib tagħha għas-sitwazzjoni ta’ bħalissa f’pajjiżna. Għaldaqstant nagħtu l-appoġġ tagħna għall-messaġġ li hija wasslet nhar il-Ġimgħa 8 ta’ April 2016, f’wieħed mill-ġurnali ta’ pajjiżna.

Continue reading Messaġġ mill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex

Stqarrija tal-Isqfijiet Maltin dwar il-Valletta Summit

Il-Ħamis 12 ta’ Novembru 2015: Fl-okkażjoni tal-Valletta Summit li qed jiġbor madwar mejda waħda l-mexxejja tal-Unjoni Ewropeja u ta’ pajjiżi tal-kontinent tal-Afrika, aħna l-Isqfijiet nesprimu l-apprezzament tagħna għar-rieda tajba u l-impenn li qed jintwerew sabiex jinstabu soluzzjonijiet konkreti biex tiġi ndirizzata s-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni.

Continue reading Stqarrija tal-Isqfijiet Maltin dwar il-Valletta Summit