Tifel jaqbeż il-baħar bil-basket tal-iskola b’kollox

Kitba ta’ Patri Juan De Bono ocd

Quddiem ġid superjuri, il-bniedem GĦAQLI lest li jarmi l-baħar il-ġid inferjuri

Tifel jaqbeż il-baħar bil-basket tal-iskola b’kollox

Għamlet ħoss dik il-ġrajja li seħħet ftit tal-jiem ilu fuq il-front ta’ Tas-Sliema, meta tifel tal-iskola, tant kellu ħeġġa li jaqbeż jgħum wara sena skolastika li lanqas biss neħħa l-basket tal-iskola minn fuq spallejh jew lanqas kellu paċenzja jinża l-uniformi, għax kif kien qabad u qabeż il-baħar. Tant kien imħeġġeġ li jgħum, u x’xkatarx tant kien imxabba bl-iskola, li nesa kollox u ntefa’ l-baħar kif kien.

Il-bniedem għaqli

Bħal dak it-tfajjel ċkejken, il-bniedem għaqli, quddiem ġid superjuri ikun lest li jarmi l-ġid inferjuri.

Ikun lest li jitlaq ċenteżmu ta’ ewro biex jakkwista karta tal-500 ewro.

Il-bniedem iblaħ minn naħa l-oħra huwa dak li jibqa’ ggranfat maċ-ċenteżmu li jkollu, flok jaħtaf il-karta tal-500 ewro ?

Tarmi kollox il-baħar għal Kristu

Hekk għamlu l-martri li xxerrdu demmhom għal fidi li kienu jistqarru bil-kliem u bl-għemil.

Hekk jagħmlu dawk li ta’ kull jum imorru jisimgħu quddiesa.

Hekk jagħmel dak iż-żagħżugħ li jħallu dak kollu li jista’ jwettaq f’ħajtu u jidħol patri jew jidħol is-Seminarju.

‘Easy come, easy go’

Kienu jgħallmuna li ‘easy come, easy go’.

Dan ifisser li dak li ma tkunx batejt wisq għalih, ma tantx tikkonfondi li mal-ewwel okkażjoni li tiġik tarmih il-baħar bla ma taħsibha darbtejn.

Imma ara meta oġġett (jew relazjoni), tkun batejt ħafna biex bnejtha, ehhhh hekk le, f’dak il-każ tibqa’ tikkunbatti u tistinka biex issalvaha dak li tkun għeriqt l-għaraq tad-demm biex akkwistajt jew bnejt.

Dażgur it was not an easy come, u allura ma tista’ qatt tkun an easy go.

Dan it-tifel jidher li ma batiex tant biex xtara dawk il-kotba

Dan il-famuż tifel li qabeż il-baħar bil-basket b’kollox milli jidher ma marx jaħdem hu biex inxtraw dawk il-kotba li kellu fil-basket u biex inxtrat dik l-uniformi tal-iskola!!!!!

Ahhhhh kemm hu faċli li ma napprezzawx biżżejjed dak li ma nkunux batejna għalih.

U l-aħwa, fuq livell spiritwali l-istess.

Ġesu’ fdiena billi xerred demmu għalina

KIEKU TASSEW NIFHMU MINN X’HIEX GĦADDA SIDNA ĠESU’ KRISTU META GĦADDA MINN DIK IL-PASSJONI KOLLHA, IBQA’ ŻGUR LI MALLI NIDIMBU BĦAL PIETRU, DLONK IMMORRU NIBKU DNUBIETNA, U NIPPRUVAW MA NERĠGĦUX NIDIMBU AKTAR.

Imma le, bħal dak it-tifel xi minn daqqiet ma naħsbuhiex darbtejn biex ninsew liema prezz ġie mħallas min Ġesu’ biex patta għal dnubietna, u qisna mhux aħna nkomplu nidimbu u nidimbu, u nibqgħu nidimbu.

Dgħajfin iva, imma b’xewqa kbira f’qalbna li ma nidimbux aktar

Iva, jien li qiegħed nikteb, u int li qiegħed/qiegħdha taqra żgur li nonsquH wisq lis-Sinjur Alla, u agħar minn hekk, nibqgħu cool qisu mhu qiegħed jiġri xejn, u niġġustifikaw għemilna billi ngħidu lilna nfusna, ‘imma ifhem, ħdejn oħrajn ma aħniex xi disastru tafx, għax la noqtlu u lanqas nisirqu’.

Well li tikkonsla għax m’intiex agħar minn ħaddieħor ma tantx hija xi ħaġa sabiħa.

Lanqas b’dnubiet venjali

Immaġina mara jew raġel li jikkonslaw ma żwieġhom jew marthom li kull ma faqgħu kienet il-bieba tal-karozza, xejn hux meta tqabbel ma min baqa’ dieħel ġo ħajt u faqa’ karozza sħiħa u ġabha total loss !!!! X’konsolazjoni hux !!!!!!

Jew oħrajn li jibqgħu cool għax, ‘isma’ jiena kull ma għamilt mort nieħu kafe’ mal-kollega tax-xogħol tafx, hawn min telaq il-mara, u mar igħix ma’ kollega tax-xogħol’.

Jew, ‘u iva jiena fl-Għid, il-Milied u f’xi funeral dejjem immur nisma’ quddiesa u nitqarben bla ma nqerr, imma isma’ hawn min lanqas f’dawn il-festi ma jmur…..’

Jew oħrajn li qishom mhux huma jitilgħu jitqarbnu filwaqt li huma favur li l-bniedem li jkollu marda terminali u li skond it-tobba jkun fadallu biss ftit ġimgħat biex igħix, ikollu l-liberta’ li jneħħi ħajtu b’idejh.

Demm it-Tieni Persuni tat-Trinita’ mxerred għalina

L-aħwa jidher ċar li ma nistgħux nifhmu biżżejjed minn liema passjoni Ġesu’ Kristu għadda biex ħelisna minn dnubietna.

Nirraġunaw b’dan il-mod, għax jidher ċar li lanqas għandna biss il-kunċett ta’ dnub, u allura l-kruha tiegħu u kemm inkunu qegħdin nweġgħu l-qalb ta’ Alla meta nidimbu.

Ara kemm qegħdin sew, mela d-dejn għal dnubietna tellajnieh aħna bid-diżubbidjenza tagħna lejn il-kmandamenti ta’ Alla, filwaqt li Ġesu’ għalaq għajenjh, u lanqas qagħad jikunsidra minn xhiex kienu se jgħadduH iu ħalliehom isalbuH fuq salib u jgħadduh minn passjoni krudili biex seta’ jħallas sal-inqas ċenteżmu tad-dejn li akkumulajna aħna bi dnubietna, u aħna flok noqgħodu attenti li ma nerġgħux ntellgħu dejn ġdid, arana nonfqu u nixxalaw bħal qabel, qisu d-dejn qatt ma kien tħallas għalina.

Dażgur għax mhux int qiegħed/qiegħdha tħallas dak id-dejn.

And this is the whole point.

Meditazjoni tal-Passjoni ta’ Ġesu’

Min jimmedita fuq il-passjoni ta’ Ġesu’ Kristu, jgħallem San Ġorġ Preca ma jidneb qatt.

Filwaqt li Santa Eliżabetta tat-Trinita’ lil oħtha kienet issuġġeritilha: ‘aqbad il-Kurċifis, iskot u mmedita’.

Iva, granted li aħna dgħajfin, imma ma nistgħux ma nagħmlux il-parti tagħna, biex kemm jista’ jkun ngħixu bla dnub mejjet, u nevitaw kemm jista’ jkun id-dnubiet venjali.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading