Nhar il-Ġimgħa tibda l-Maratona Oħloq Tbissima

Print Friendly, PDF & Email

Il-Maratona Oħloq Tbissima se tibda l-Ġimgħa 17 ta’ Lulju f’nofsinhar u tibqa’ sejra bla waqfien sa nofsillejl tal-Ħadd 19 ta’ Lulju.

Din it-trasmissjoni ta’ 60 siegħa xandir live tittella’ miċ-ĊAM Productions international, il-production house tas-Soċjetà Missjunarja San Pawl.  Bħal fi snin l-imgħoddija l-flus li se jinġabru se jintużaw għall-ħidma fil-missjonijiet tal-MSSP fil-Perù, il-Pakstan, il-Filippini u anki b’risq it-tfal residenti fid- Dar San Ġużepp f’Santa Venera.

Għal darb’oħra, Oħloq Tbissima se ssir fil-bitħa ta’ Dar San Ġużepp minn fejn se jittella’ programm varjat. Dan jinkludi intervisti, diskussjonijiet, korijiet u baned, wirja tal-klieb, varjetà tat-tfal, quizes, festival taż-żfin, varjetà mtella’ miż-żgħażagħ, logħob u kull filgħaxija varjetà bil-parteċipazzjoni tal-aqwa talent lokali. Ma jonqsux ukoll mumenti ta’ talb u Quddies.

Il-pubbliku hu mħeġġeġ jipparteċipa f’din il-maratona billi jagħti d-donazzjoni tiegħu iu wkoll billi jżur l-attività u jsegwi l-istazzjonijiet F Living, TVM2, One TV u NET TV.

Kulmin jixtieq jagħti d-donazzjoni tiegħu jista’ jagħmel dan billi jċempel 5160 2004 għal donazzjoni ta’ €10,       5170 2007 għal donazzjoni ta’         €15 u 5180 2009 għal donazzjoni ta’ €25. Tista’ tibgħat SMS fuq          5061 8099 għal donazzjoni ta’ €4.66.

Leave a Reply

%d bloggers like this: