M’għalqux qalbhom għall-batuti

Appostolat

Kitba ta’ Patri Paul Deguara S.J. – pdegsj@gmail.com 

Intenzjoni Universali

Matul Awwissu l-Papa jistedinna nitolbu biex il-voluntiera jagħtu lilhom infushom b’qalb miftuħa għas-servizz ta’ min hu fil-bżonn.  Fid-dinja hawn madwar 140 miljun voluntier li dawru ħarsithom u qalbhom lejn min hu fil-bżonn. Il-Papa Franġisku ltaqa’ ma’ wħud li jservu lir-refuġjati fiċ-ċentru tal-Ġiżwiti, Ruma, u jixtieqna nitolbu għall-voluntiera ta’ kull assoċjazzjoni, ta’ kull stat u età, li huma dedikati għal nies bi bżonnijiet speċjali, xjuħ, tfal bla familji, żgħażagħ maħkuma bil-vizzji. Oħrajn joffru ruħhom f’ħidma fejn hemm diżastri naturali u f’kampaniji ta’ karità. Continue reading “M’għalqux qalbhom għall-batuti”