A priestly holiness model

Fr Mario Attard OFM Cap

On August 4 we celebrated the feast of St. John Mary Vianney, the Patron Saint of Priests. In a time where we priests are heavily criticized, partly due to our sins, it is all the more opportune to seriously review priestly exemplary lives, like that of the parish priest of Ars, in order that from our ministerial priesthood shall flow out the living waters of salvific grace. Continue reading “A priestly holiness model”

Meta wrieni snienu!

Patri Mario Attard OFM Cap

X’ġaralek Patri? Jaqaw kien se jigmek xi kelb? Mela x’fettillek għaddejt minn ħdejh? Ma tafx li jista’ jigdmek?

Kieku kien kelb ma jimpurtax. L-għaliex jonboħ tnejn u ejja ħa mmorru. Imma dan mhux kelb! Mela xi ħadd kattiv. Le! Anzi! Dan mimli tjubija. Dan ix-xi ħadd, jew aħjar ix-Xi Ħadd, hu Dak li fuqu dejjem għallmuni li hu l-Umli! Il-Qaddis! Il-Ħniena! Il-Mogħdrija! Is-Sabar! Il-Ħlewwa! Insomma, l-Aħjar! Dan ix-Xi Ħadd, li issa diġà nistħajjel li tafu min hu, fettillu jurini snienu! Qalli: “Issa daqshekk!” Continue reading “Meta wrieni snienu!”

Jibda l-proċess għall-Beatifikazzjoni u għall-Kanonizzazzjoni ta’ Henry u Inez Casolani

Is-Sibt 29 ta’ Awwissu 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna ċċelebra Quddiesa fil-Knisja ta’ San Duminku, ir-Rabat, fl-okkażjoni tal-ftuħ tal-proċess djoċesan tal-kawża għall-beatifikazzjoni u għall-kanonizzazzjoni tal-Qaddejja ta’ Alla, Henry u Inez Casolani.

Continue reading “Jibda l-proċess għall-Beatifikazzjoni u għall-Kanonizzazzjoni ta’ Henry u Inez Casolani”

L-Arċisqof imexxi velja ta’ talb għal Mons. George Bugeja Isqof-elett ta’ Tripli

Il-Ħamis 27 t’Awwissu 2015: L-Arċisqof Charles J. Scicluna għadda l-Omelija waqt Velja ta’ Talb għal Mons. George Bugeja, l-Isqof-Elett għall-Libja. Il-Velja ta’ Talb saret fil-Parroċċa ta’ Marija Bambina fix-Xagħra, Għawdex.

Continue reading “L-Arċisqof imexxi velja ta’ talb għal Mons. George Bugeja Isqof-elett ta’ Tripli”

Il-Familja – Talb

27. Katekeżi dwar il-Familja mill-Papa Franġisku. 26 t’Awwissu 2015

Għeżież ħuti, l-għodwa t-tajba!

Wara li rriflettejna fuq kif il-familja tgħix iż-żminijiet ta’ festa u tax-xogħol, ejjew issa nħarsu lejn il-ħin tat-talb. L-iktar li jilmentaw l-Insara hu propju dwar il-ħin: “Messni nitlob aktar…; nixtieq, imma spiss ma nsibx ħin”. Din ħaġa li nisimgħuha l-ħin kollu. Id-dispjaċir hu sinċier, m’hemmx dubju, għax il-qalb tal-bniedem dejjem tfittex it-talb, anki mingħajr ma taf; u jekk ma ssibux, ma ssibx mistrieħ. Imma biex dawn jiltaqgħu, jeħtieġ inrawmu f’qalbna mħabba “tkebbes” għal Alla, imħabba affettiva. Continue reading “Il-Familja – Talb”

Il-partit ta’ Nikodemu

Patri Mario Attard OFM Cap

Qiegħdin fis-sħana taħraq t’Awwissu. Xemx taqli l-ġrieden! Xemx li ma tissaportihiex! Veru? Ma nafx għaliex imma ġie f’moħħi karattru li donnu aktar postu li jissemma fir-Randan, jiġifieri għall-ħabta ta’ Marzu-April milli f’Awwissu. Madankollu hu ġie f’moħħi! Forsi minħabba l-isem partikulari tiegħu. Forsi l-għaliex hemm bżonn li jissemma’. Min jaf? Dawn huwa l-karattru ta’ Nikodemu. Continue reading “Il-partit ta’ Nikodemu”