Home > Aħbarijiet > Mitt sena mit-twelid ta’ Oscar Romero

Mitt sena mit-twelid ta’ Oscar Romero


It-Tlieta, 15 ta’ Awwissu 2017: Propju fil-festa ta’ Santa Marija ta’ mitt sena ilu twieled Oscar Romero li li fi Frar 1977 kien inħatar Isqof ta’ San Salvador u li wara kien ġie assasinat waqt li kien qed iqaddes. Dakinhar, in-Nunzju tal-Vatikan għal San Salvador kien l-Arċisqof Malta Emanuel Gerada (ara ritratt ta’ L-Isqof Romero u l-Arċisqof Gerada flimkien)

romero-gerada-laikosIl-Ħajja ta’ l-Isqof Oscar Romero miktuba minn Theresa Formosa u publikata online fid-9 ta’ Awwissu 2013

Oscar Romero twieled fil-15 ta’ Awwissu 1917, fil-belt ta’ Ciudad Barros f’El Salvador, pajjiż żgħir fl-Amerika Latina.

Il-President offrielu karozza lussuża, Cadillac, kif ukoll palazz kollu rħam iżda Romero rrifjutahom it-tnejn, anzi għaġġeb lil kulħadd meta lanqas biss mar jieħu sehem fiċ-ċerimonja tal-ġurament tal-istess President, imtella’ hemm bil-qerq.

Iżda minkejja l-faqar tagħhom, dawn il-persuni kollha jixhdu li hu u kliemu kien isaħħilhom il-fidi tagħhom, u Romero, min-naħa tiegħu, kien iħoss il-fidi tiegħu msaħħa mill-Poplu.

El Salvador

Fi Frar 1977 inħatar Arċisqof biex imexxi l-Knisja ta’ pajjiżu, li f’dak iż-żmien kienet għaddejja mill-agħar tiġrib taħt gvern dittatorjali lemini.  L-għażla ta’ Romero ntlaqgħet bil-ferħ mill-gvern li kien għadu ma jafx x’isarraf dak l-Isqof kwiet u timidu, għax meta kien għadu Isqof ta’ Santiago di Maria kien magħruf bħala bniedem paċifiku li joqgħod lura milli jxellef difru ma’ min qiegħed fis-setgħa.

Il-Gvern kien moħħu mistrieħ li Romero mhux se jaqlagħlu nkwiet jew jipprotesta kontra l-inġustizzji fil-pajjiż. Iżda mill-ewwel beda jberraq.
Ġimgħa wara li Romero sar Arcisqof, il-forzi tas-sigurtà għamlu massakru sħiħ fuq folla dimostranti li kienu qed jipprotestaw kontra l-elezzjonijiet inġusti li kienu għadhom kemm saru f’El Salvador.

Il-persekuzzjoni kontra kull min tkellem kontra dawn l-inġustizzji, anki fi ħdan il-Knisja, laħqet il-quċċata tagħha bil-qtil tal-Ġizwita Rutilio Grande u żewġ persuni oħra li kienu fi triqthom biex jiċċelebraw il-Quddies.

Il-qtil ta’ Padre Rutilio ġab bidla kbira f’Romero. Intebaħ li ma setax jibqa’ iżjed ħalqu magħluq quddiem l-inġustizzja u l-vjolenza li kienu qed isofru l-foqra u dawk li għax żgħar ma setgħux isemmgħu leħinhom.

Il-leħen ta’ Romero issa sar l-għajta ta’ Poplu mfarrak u bla saħħa. Ġimgħa wara ġimgħa, għal tliet snin, leħen Romero kien jidwi ma’ El Salvador, jgħajjat kontra l-qtil u t-tortura, jeżorta n-nies tiegħu biex ifittxu l-paċi u l-maħfra u biex jibnu soċjetà iktar ġusta.

Romero kellu elokwenza mhux komuni, mhux għax kiteb omeliji mirqumin, iżda għax kien jitkellem ma’ dawk li kienu jisimgħuh dwar il-ħajja tagħhom, il-ħajja tal-foqra, li t-tbatijiet tagħhom, kien jgħid “imissu propju l-qalb ta’ Alla”.
Il-maġġoranza tas-Salvadoreni kienu, u għadhom foqra. Kienu l-iktar il-foqra li kienu jimlew il-katidral għall-Quddiesa tal-Ħadd li fiha Romero kien iqaddes għal kulħadd, u kienu l-foqra li jduru miegħu fiż-żjarat li kien jagħmel fl-iktar inħawi iżolati tad-djoċesi tiegħu.

Biex jiddefendi l-foqra, kull nhar ta’ Ħadd, malli jtemm l-omelija kien joħroġ fuljett u minnu jaqra l-każijiet ta’ moħqrija brutali li jkunu għamlu n-nies ta’ l-Armata.

Ftit qabel qatluh Romero kiteb ittra lill-President Amerikan Carter li fiha talbu biex ma jibqax “jagħti għajnuna militari lill-Gvern ta’ El Salvador” u joffri garanziji li l-Gvern Amerikan ma jindaħal bl-ebda mod fid-destin tal-Poplu Salvadoren.

F’Marzu 1980 Romero għamel appell imqanqal lit-truppi militari tar-reġim lemini biex jobdu l-ligi ta’ Alla u mhux l-ordnijiet tal-Gvern. Dak kien l-aħħar appell.

Marzu, persuna mqabbda mill-gvern daħlet fil-knisja u sparat fuq l-Arċisqof hekk kif kien qed jgħolli l-kalċi. Id-demm ta’ Romero tħallat ma’ dak ta’ Kristu. Romero kien Kristu ieħor għal niesu. Bħal Kristu għex mal-foqra u miet għalihom.
Iktar minn 70,000 ruħ inqatlu u eluf oħra gew immankati mill-1979 sal-lum, fosthom sitt patrijiet Ġizwiti maqtulin mill-uffiċjali tal-Gvern, nhar is-16 ta’ Novembru 1989.

Meta l-Papa Ġwanni Pawlu II żar El Salvador fl-1996, iż-żgħażagħ miġburin fil-pjazza quddiem il-Katidral darbtejn waqqfu lill-Papa mid-diskors tiegħu u talbuh jibbeatifika lil Romero.
Jonqos biss id-dikjarazzjoni uffiċċjali tal-Knisja li tagħraf il-qdusija ta’ dan il-bniedem li jfisser ħafna għal pajjiżu u anki għad-dinja.

(Oscar Romero ġie dikjarat Beatu mill-Papa Franġisku fit-23 ta’ Mejju 2015.)

Categories: Aħbarijiet
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: