Home > Lectio Divina > Lectio Divina: 12 Ħadd  matul is-sena A

Lectio Divina: 12 Ħadd  matul is-sena A


Vanġelu:  “Alla qal lill-poplu Tiegħu: ‘Illum se npoġġi quddiemkom it-triq tal-barka u t-triq tas-saħta.  Agħżlu t-triq li twassal għall-ħajja.’”  (Dewt. 30).  Fil-Ktieb tad-Didake nsibu: “Tnejn huma t-triqat: waħda tal-ħajja u l-oħra tal-mewt. Id-differenza bejniethom hija kbira.” Ġesu rrepeta din l-idea meta tkellem fuq il-bieb id-dejjaq u l-bieb il-wiesgħa.  Kulħadd irid ikun ferħan, imma mhux kulħadd jagħżel il-ħajja u l-barka, għax mingħalihom dawn jinkisbu mod ieħor.  L-ewwel Insara ma kinux magħrufin bħala Kristjani imma “dawk tat-triq, tal-mixja”- it-triq li wriena Ġesu, i.e. dik li niċħdu l-egoiżmu tagħna u naqsmu ġidna ma’ dawk fil-bżonn.  B’hekk naslu għall-imħabba bla kundizzjoni, imħabba li tkun ta’ (a) servizz għall-oħrajn (b) maħfra bla riservi (ċ) ta’ kliem li jkun biss “iva, iva” u “le, le”.  Din hi t-triq tal-veru ferħ. Ftit jagħżluha din it-triq; ħafna jammiraw lil Ġesu imma xorta waħda jagħżlu toroq oħra li aktarx imorru fl-oppost tat-triq ta’ Ġesu.  Mhux ta’ b’xejn li, meta jara dan kollu, in-Nirani jsaqsi lilu nnifsu: “Imma jien għażilt sew meta għażilt dit-triq? Il-ħin kollu rrid immur kontra l-kurrent! Il-maġġoranza se jidħku bija: ‘Ħmar, għadek ma fhimtx liema hi t-triq moderna għall-ferħ?’” Dawn jiddejqu wkoll bil-valuri li n-Nisrani jippriedka u jgħix.  “Il-ħajja tal-ġust hi differenti minn tal-oħrajn, u differenti hi t-triq li jimxi l-ġust.” (Għerf, 2).

  1. Hawn in-Nisrani jiġi wiċċ imb’wiċċ mal-biża’. L-ewwel biża’ hi din – li jaħseb li qiegħed fit-triq żbaljata. “Ħajja waħda għandi: tgħid għamilt sew li għażilt dit-triq li titlob tant impenji? Mhux aħjar nagħmel ftit kompromessi kif jagħmel kulħadd?”
  2. It-tieni: jibża’ se jkun emarġinat u mwarrab mill-ħbieb, fuq ix-xogħol, u forsi anki fil-familja. Ġesu llum iwieġeb lin-Nisrani billi jtenni tliet darbiet: “Tibżgħux1” Ċertu biża’ hija tajba għax tippreparana għal xi periklu. Imma xi biża’ jista’ jżommna milli nagħmlu għażliet għaqlin u kuraġġużi.  Ġesu jgħidilna: “Oqogħdu attenti biex ma tħallux il-biża’ tipparalizzakom.  Għażlu t-triq tiegħi u toqogħdux tqisu x’se titilfu imma x’se tirbħu.  Tħallux il-biża’ jkun ta’ bsaten fir-roti fit-triq li għażiltu.”
  3. In-Nisrani li jibża’ li t-triq ta’ Ġesu mhux l-aħjar waħda, probabbli jkun qed jagħti widen għal min jgħid: “U r-reliġjon hija xi ħaġa tal-antik, tan-nanniet. Ħadd ma għadu jagħti każ tal-priedki.  Aħna l-moderni m’għandniex bżonn min jgħidilna kif ngħixu.  Bravi biżżejjed biex niddeċiedu waħedna.”  Għal dad-diskors Ġesu jwieġeb:  “ Xejn m’hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn m’hu moħbi li ma jsirx magħruf.   Dak li jien ngħidilkom  bejnietna għiduh fil-beraħ, u li ngħidilkom f’widnejkom xandruh minn fuq il-bjut.” Ġesu jassigurana: “Minkejja d-diffikultajiet, il-Vanġelu se jibqa’ jiġi ppriedkat u jibqa’ jiġi milqgħuh minn ħafna, u b’hekk jittrasforma d-dinja.” Aħna llum mhux qegħdin f’soċjeta post-Kristjana, kif isostnu xi wħud, imma f’soċjeta pre-Kristjana.  Kuljum qiegħda titwieled soċjeta aktar evanġelika.  Din hi t-tweġiba ta’ Ġesu għall-ewwel biżgħat.
  4. Ġesu jistieden in-Nisrani jirrifletti fuq x’jista’ jagħmlulu dawk li ma jaċċettawx l-Evanġelju. Jistgħu joffenduh, iwaqqgħuh għaċ-ċajt, xi wħud jaslu biex jeħdulu flusu, ħwejġu, saħansitra ħajtu. Dawn huma biżgħat li jiġu minn barra.  Ġesu jqawwilna qalbna: “Tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem bla ma jistgħu joqtlu r-ruħ,” i.e. l-ebda vjolenza ma tista’ tisraq il-ħajja ta’ dejjem lin-Nisrani.  Dar-rigal, mogħti lilna minn Alla, ħadd ma jista’ jmissu jew jisraqulu lin-Nisrani.  Dan hu l-aqwa ħaġa li għandu.  Ġesu jkompli: “imma iktar ibżgħu minn dak li li jista’ jeqred kemm ir-ruħ u kemm il-ġisem fl-infern.” Min hu dan li jista’ jagħmel dan id-deni? Dan mhux persuna imma dik il-qawwa negattiva fina li, jekk inħalluha tmexxina u ma nikkontrollawhiex, tista’ twassalna għall-ħażen u għar-rovina tagħna nfusna.   “Jien nara t-tajjeb, imma nħoss fija qawwa li tiġbidni ‘l bogħod mit-tajjeb u mill-ħajja” (Rum. 6).  Għandna raġun, mela, nibżgħu minn dil-ġibda negattiva, u hemm bżonn nagħmlu minn kollox biex nikkontrollawha, li ma tmurx teħodna fil-Ġeħenna (miżbla).
  5. Biża’ ieħor hu dak li meta wieħed jagħmel għażliet Insara, dawn jaffettwaw lil ta’ madwaru.  Jekk wieħed jimxi rett fuq il-post tax-xogħol, fin-negozju, eċċ, jaqla’ inqas flus. Anki biex jaqsam ġidu mal-foqra, il-familja se tbati.  Ġesu jwieġeb:  “Tistennewx li noqgħod nagħmel xi mirakli kuljum magħkom, p.e. biex tirbħu l-lotterija.  Biżżejjed tintelqu f’idejn il-Provvidenza t’Alla:  “Żewġ għasafar  tal-bejt mhux b’xejn jinbiegħu? Anqas wieħed minnhom ma jaqa’ fl-art mingħajr ir-rieda tal-Missier, għax jekk tgħixu skond il-Vanġelu, Alla se jwettaq il-veru ġid tagħkom, u intom se tirrejalizzaw ħajjitkom skond il-pjan t’Alla.”  Fil-barka tal-Lhud ma jissemmewx l-għasafar tal-bejt, aktarx għax kienu jnaqqrulhom ix-xtieli u l-frott.  Imma Alla xorta jieħu ħsiebhom.  Rigward ix-xagħar ta’ rasna, anki kieku jirnexxilek tgħoddhom, l-għada ma jibqgħux l-istess numru.  Alla xorta jaf  kemm ikolli xagħar kuljum.
  6. “Kull min jistqarr quddiem il-bndemin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr li jien miegħu quddiem Missieri. Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad lilu quddiem Missieri.”  Mhux qed jitkellem fuq il-ġudizzju.  In-nies jistgħu jagħrfu lil Ġesu f’xi dixxipli u Nsara tal-lum.  F’oħrajn, le.  Mela Ġesu jingħaraf f’dawk l-Insara li m’għandhomx biża’ għax għażlu li jimxu fuq it-tagħlim Tiegħu.

Sors:  lachiesa.it/liturgia/omelie/fr fernando armellini

Categories: Lectio Divina
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: