Home > Lectio Divina > Lectio Divina: 13  Ħadd Matul Sena A

Lectio Divina: 13  Ħadd Matul Sena A


Vanġelu:  Biex nifhmu sew x’qed jitlob minna Alla, irridu nżommu quddiem għajnejna l-immaġini li Hu xtaq jittrasmetti Tiegħu nnifsu: l-Għarus tal-Poplu Lhudi (l-għarusa). Din hi mħabba bla limiti u bla kundizzjoni.  Alla Hu l-uniku wieħed fost l-allat l-oħra li juri ruħu bħala għarus li jgħir.  Ma jaċċettax il-preżenza ta’ allat oħra: “Ma jkollokx alla ieħor għajri, għax jien Alla li ngħir” (Dewt.5). Ġesu jġedded din l-idea:  Hu l-Għarus tal-poplu Nisrani (l-għarusa). Ma jaċċetta lil ħadd u lil xejn li jidħol bejnu u bejn in-Nisrani. Dan jista’ jkun persuna, karriera, flus, poter. Mela jekk għażilt lil Ġesu, trid tħalliH jorjenta lil ħajtek. Fis- silta tal-lum juża’ kliem li l-ebda rabbi qablu ma uża’. Jispiċċa bil-kliem iebes: “..ma jistħoqqlux ikun miegħi,” tant li xi Lhud qalulu: “Int min taħseb li int?”

  1. “Min iħobb ‘il missieru u ‘l ommu iżjed minni ma jistħoqqlux li jkun miegħi.” Hawn Ġesu mhux qed imur kontra l-kmand: “Weġġaħ lil missierek u ‘l ommok” li kien obbligu tal-ulied li jieħdu ħsieb il-ġenituri l-aktar dawk anzjani. In fatti darba Ġesu ċanfar xi wħud li riedu jnaqqsu dawn l-obbligi. Meta raġel iħalli d-dar biex jingħaqad ma’ martu, din hi firda neċessarja. Jibqa’ jirrispetta l-ġenituri u l-pariri tagħhom, imma jagħmel ħażin jekk jieħu deċiżjonijiet magħhom u mhux ma’ martu.  Nafu x’inkwiet jinqala’ bl-idħil żejjed tal-kunjati.  Ġesu jgħid: “Min jagħżel lili jrid ibiddel il-punt ta’ riferiment: kull deċiżjoni trid tittieħed fid-dawl tal-Evanġelju, mhux kif qalu fuq it-TV jew għand tal-grocer, jew kif jinsistu l-ġenituri.  Meta konna żgħar għallmuna li jekk ġenitur jordnalek tagħmel xi ħaġa li hi dnub ma tobdiehx! Meta Ġesu jidħol f’qalbi, jokkupaha kollha – m’hemmx spazju għal allat foloz oħra. Hekk kif għarusa tbiddel ħajjitha wara t-tieġ biex togħġob l-għarus, hekk irid jagħmel in-Nisrani ta’ veru. Jekk qabel, il-flus, karriera, eċċ kienu jiġu l-ewwel, issa dawn iridu jieħdi xejra evanġelika. Anki Ġesu ħalla ‘l ommu biex jibni familja ġdida: “Dawn (id-dixxipli) huma ommi u ħuti: min jagħmel ir-rieda t’Alla.”
  2. Ftit qabel dis-silta Ġesu jgħid: “Jien ma ġejtx biex inġib il-paċi imma xabla.” Mhux qed iħeġġeġ għal xi vjolenza. In fatti jgħid: “Imberkin dawk li jaħdmu għall-paċi. Ħobbu l-għedewwa tagħkom.” Ix-xabla hi l-proposta Tiegħu ta’ ħajja Nisranija. Dix-xabla tifred, għax min jaċċetaha u min le. Dil-proposta tista’ ġġib il-firda anki fl-istess familja – min irid iqarraq u min le, min favur l-abort u min le, eċċ. Fi żmien Ġesu, min jikkonverti kienu jkeċċuh mis-sinagoga, jgħajruh  Nażri (jew Nażrani = Nisrani),  e. qed jimxu wara wieħed fallut.  Aktar tard  se jiġi skumnikat u dikjarat eretiku li tilef l-barka u l-eredita ta’ Abraham. Kien jitkeċċa mill-familja bla sold u bla sapport. Kien f’daż-żmien li r-rabbini, mat-18-il barka li kellhom, żiedu saħta fuq l-Insara. Bħal meta anki llum Musulman isir Nisrani. X’ma jagħmlulux tal-familja?  In-Nisrani tal-lum, li jħobb ‘l Alla b’qalbu kollha u bla kompromessi, jista’ jsib ruħu vittma t’hekk, imma jkollu l-unur li ma jismax lil Ġesu jgħid: “…ma jistħoqqlux li jkun miegħi.”
  3. “Min ma jerfax salibu…” Mhux qed jgħid meta wieħed jimrad jew tiġrilu xi disgrazzja, u aħna ngħidulu: “Alla bagħtlek salib u trid iġġorru kif ġarru Kristu, u hekk tkun dehen tiegħu.” Din idea kerha u żbaljata ħafna. Alla ma jibgħat l-ebda salib. Hu jridna dejjem ferħana.  Is-slaleb kollha ġibnihom aħna fuqna bid-dnub tan-nisel. Is-salib li qed jgħid Ġesu mhux xi inċident li rridu nsofruh bil-paċenzja, imma għażla: erfa’ s-salib jiġifieri aċċetta u għannaq ir-rigal tal-ħajja awtentika, i.e.dik li tgħixha għas-servizz tal-oħrajn, anki dawk li għamlulek xi deni.  Trid tkun disponibbli biex tiddedika ħajtek għall-għajrek. Kull min jagħmel hekk hu ferħan f’dan il-qadi, u jġib ferħ u tbissima lil min jaqdi. Nistgħu nibdlu l-kelma “salib” ma’ “imħabba”. Min ma jerfax is-salib, mela, hu dak li ma jħobbx, u “ma jistħoqqlux ikun miegħi.”
  4. “Min jilqa’lilkom, jilqa’ lili.” Ir-rabbini ta’ żmien Ġesu kienu jgħidu li meta jmur xi ħadd minn flokhom, daqs li kieku marru huma stess. Ġesu jissellef din l-idea: “Min jilqa’ l-vanġelu permezz tagħkom, ikun jilqa’ lili.  Min jilqa’ lili jkun jilqa’ il-ħajja awtentika li jixtieqkom  tgħixu l-Missier Etern.”
  5. “Profeta’ ġejja mill-Grieg “profemi” li tfisser wieħed li jitkellem f’isem ieħor, u mhux wieħed li jbassar il-futur. Profeta jitkellem fil-preżent, jiftaħ għajnejn in-nies, għax jara l-affarijiet kif jarahom Alla.  Imdawwal u mnebbaħ minn Alla, jara ċar b’sensibilita li tah Alla, u jikkomunika l-ħarsa t’Alla fil-preżent.  F’Dewt. 20 insibu l-kundanna ta’ dawk li ppruvaw isibu r-rieda t’Alla bil-maġija, divinazzjoni u seħer. Alla wera r-rieda Tiegħu fl-Antik Testment permezz tal-profeti biss.  Illum ukoll għandna l-profeti li juruna t-tajjeb mill-ħażin. Jekk nilqgħu lilhom u l-messaġġ tagħhom ikollna l-ħlas li hu s-sodisfazzjon li fhimna x’irid Alla minna, nimxu fuq dan il-pjan, u dan iġibilna ferħ kbir f’ħajjitna.  Fl-ewwel qari, x’kien il-ħlas għall-mara minn Sunem li laqgħet il-profeta? Barka, ħajja u ferħ.  Dan jgħodd ukoll anki għan-Nisrani li jagħmel ħiltu kollha biex jgħin lill-profeta fil-missjoni tiegħu.
  6. “Ippridkaw il-vanġelu (b’ħajja eżemplari) u, jekk ikun hemm bżonn, anki bil-kelma.” (San Franġisk). Il-ġust hu dak li jgħix il-kliem tal-profeta, li jagħmel għażliet tajbin u kuraġġużi, avolja jistgħu ma jkunux popolari.  Dan jgħodd ukoll għal min jilqa’ lill-ġust, imqar bl-iċken ħaġa: tazza ilma.

Sors:  lachiesa.it/liturgia/omelie/data/fr fernando armellini

Categories: Lectio Divina
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: