Home > Lectio Divina > Lectio Divina: 14  Ħadd Matul Sena A

Lectio Divina: 14  Ħadd Matul Sena A


Vanġelu:   Ġesu beda l-missjoni Tiegħu billi ħalla Nazaret, tgħammed minn Ġwanni, u mar Kafarnaum.  Ma reġax lura Nazaret għax in-nies t’hemm kienu moħħhom marbutin mat-tradizzjoni,  u ma kinux se jaċċettaw xi proposta bħal dik ta’ Ġesu għal bniedem ġdid. Anki f’Kafarnaum ma kienx kollox lixx.  Għall-ewwel ħafna laqgħu lil Ġesu.  Wara ftit, bdew jitilquh bil-mod il-mod għax xi tagħlim, p.e. tal-beatitudni, ma kienx jaqbel mal-idejat li kienu trabbew bihom. Hawn naraw l-ewwel falliment tal-missjoni ta’ Ġesu. Aktar u aktar meta qal: “Gwaj għalik Betsajda, Korażim, Kafarnaum – għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li nidmu.”  Meta Ġesu jgħid “gwaj” ma jifissirx xi saħta imma twissija biex jiftħu għajnejhom għall-għażliet żbaljati li qed jagħmlu.  Anki meta dan jiġri llum tant madwarna, anki fl-istess familji tagħna, x’se nagħmlu?  Ingergru, jew nakkużaw is-soċjeta materjalista tal-lum? Forsi naqgħu wkoll f’xi depression?

  1. X’għamel Ġesu? Meta ġie wiċċ imb’wiċċ mal-falliment, talab. Mhux biex jitlob lill-Missier ibiddel l-imħuħ tan-nies, imma biex ixandar fil-beraħ dak li kien qed iħoss dak il-ħin, u juri kemm ir-rieda Tiegħu kienet ħaġa waħda mar-rieda tal-Missier.  “Inbierkek, Missier…” i.e. “nirrikonoxxi, nistqarr u nipproklama bil-ferħ dan id-Dawl li qed nirċievi minn għandek, Missier, meta nikkomunika (nitlob) miegħek.”  Il-kelma “Abba” aktar tfisser “Babbo, Pa, Papa, Daddy” milli “missier”. Iktar insibuha f’ħalq it-tfal żgħar.  Il-Lhud meta kienu jitolbu lil Alla, kienu jużaw rispett u qima kbira. It-titlu “Missier” kienu  jirriservawh għal Abraħam. Ġesu jsejjaħ lill-Missier “Abba” 182 darba fl-Evanġelji.  Jagħżel dil-kelma għax l-aktar li tiżvela l-wiċċ t’Alla.  Il-Lhud qatt ma kienu joħolmu li jindirizzaw lil Alla bħala “Pa” jew “Daddy” – din mhix serjeta! Imma Ġesu hekk jixtieqna nindirizzaw lil Alla – bħal tfal żgħar li jafdaw innoċentement lid-daddy, b’ħafna tenerezza lejn missier mimli tjubija biss.  Noqogħdu attenti li s-serjeta żejda tista’ ttellifna milli jkollna din ir-relazzjoni intima, familjari u awtentika m’Alla, u nibqgħu nġibu ruħna mal-Mulej bħala sudditi quddiem re aħrax, u bil-biża’ tal-kastig.  Mhux qed ngħidu li ma jkunx hemm mumenti ta’ adorazzjoni u ġenuflessjoni.  Imma mhux dawn biss.  Irridu nġibu ruħna bħal prinċep, li f’ċerti funzjonijiet formali irid jinkina quddiem missieru u jindirizzah bħala “Majesta”.  Imma fil-ħin liberu u fil-privatezza tal-kmamar tal-ikel jew tas-salott,  jindirizzah bħala “daddy” jew “papa.”   Dan il-messaġġ għandna bżonn l-ewwel nagħmluh tagħna, imbagħad inwassluh lill-oħrajn l-aktar lit-tfal fil-klassijiet tad-duttrina u fid-dar.  B’hekk ikollna l-istess rapport li kellu Ġesu mal-Missier.
  2. “Infaħħrek, Sid is-sema w l-art….ċkejknin”. Ġesu jagħraf li l-Missier hu Sid tal-ħlejjaq kollha, u, waqt dan id-djalogu Miegħu, spikka l-fatt li ċerti ħwejjeġ għarrafhom biss liċ-ċkejknin.  L-għorrief huma dawk li jafu kollox, huma awto-suffiċjenti, sodisfatti, ma jonqoshom xejn.  Mela mhux se jaċċettaw tagħlim ġdid għax se jkollhom jiċċaqalqu mill-pożizzjoni li ħadu.  M’għandhomx qalbhom safja għax imxekklin minn din il-qagħda:  (a) Bħan-nies ta’ Nazaret, anki dawk illitterati, li ma ridux jiċċaqalqu mill-pożizzjoni li kienu mdirrijin biha;  (b) bħal xi Nsara tal-lum li tgħallmu d-duttrina sal-Griżma, u jibqgħu ħajjithom kollha iggranfati ma’ dak it-tagħlim, mingħajr qatt ma jiskopru kemm il-Kelma hi dejjem ħajja u friska b’ħafna tagħlim ġdid fuqha. Dil-kelma rridu nirriflettu fuqha bir-reqqa. “L-għorrief” ma jridux jagħmlu hekk.  Fost dawn jista’ jkun hemm uliedna. Ġesu jixtieqna biex ma naqtgħux qalbna u ma nirrabjawx magħhom imma nitolbu għalihom.
  3. “Iċ-ċkejnin..” mhux bil-fors huma l-injoranti jew il-fqar. Jistgħu jkunu ta’ skola, imma għorrief u umli biżżejjed biex jilqgħu bil-ferħ it-tagħlim ta’ Ġesu, li kuljum jiġi aġġornat permezz ta’ studjużi tal-Bibbja. “…dawn il-ħwejjeġ” huma l-messaġġ ta’ Ġesu, dak li rrivelalna, il-beatitudni.  “Iva, Missier għax hekk għoġob ir-rieda tiegħek.” Meta l-iskribi, l-Fariżej u “għorrief” oħra ma aċċettawx l-Aħbar it-tajba, Ġesu għaraf kemm il-Missier jirrispetta l-għażliet ħielsa li jagħmel il-bniedem, anki meta ma jkunux tajbin.  Ġesu jingħaqad mar-rieda tal-Missier, u jirċievi minn għandu dawl li dan hu “falliment” temporanju.  Dan jgħallimna li m’għandniex ingergru meta l-affarijiet fil-Knisja ma jkunux sejrin sew, jew naqtgħu qalbna għax naqsu n-nies fil-knisja. Ġesu jistedinna biex inħarsu lejn dawn in-nies b’mod seren u bilanċjat. Qatt m’għandna nitilfu l-ferħ, jew nieqfu nfaħħru ‘l Alla, kif għamel Ġesu illum.
  4. “Kollox kien mogħti …igħarrafulu.” Dan invit biex flimkien ma’ Ġesu nbierku u nfaħħru ‘lill-Missier tal-għażliet tajba li qed nagħmlu f’ħajjitna.
  5. “Ejjew għandi…ħafif.” “L-imħabbtin u mtaqqlin” huma dawk għajjenin mill-piżijiet li poġġew fuqhom il-Fariżej, li rriduċew il-Kelma t’Alla f’madmad li ħadd ma seta’ jġorr, b’sett regoli li ppreżentawhom bħala preċetti Divini.  In-nies tħawdu, u, billi ma setgħux jobduhom kollha, kienu jħossuhom bogħod minn Alla.  Ġesu jgħidilhom: “Ejjew għandi ħa nneħilkom il-madmad u ntikom ieħor ħelu u ħafif.” Il-madmad kien jorbot żewġ barrin.  Ġesu joffri li jkun taħt madmad spalla ma’ spalla mal-bniedem. Dan madmad ħafif, għax mhux imponut minn barra imma proposta ta’ ħajja li ġejja mill-Ispirtu Divin li jgħammar ġo fina, ħajja Divina li ġiet irregalata lilna, għax ġejja mill-istess identita tagħna ta’ ulied Alla.
  6. “Tgħallmu minni … umli.” Hawn insibu l-unika darba li Ġesu jsemmi l-Qalb tiegħu. Bil-Lhudi, “ta’ qalb ħelwa w umli” nsibuha bħala “anavim”- ġejja minn “nave”, vapur b’ħafna kurvi imma bla kantunieri. Tirreferi għal dawk li dejjem jgħidu “iva” lil Ġesu għas-servizz tal-proxxmu.  “Il-qalb ta’ Ġesu” mhux l-organu tal-laħam, imma l-headquarters minn fejn joħorġu l-għażliet għaqlin mimlija mħabba. Nilqgħu l-invit ta’ Ġesu: nersqu viċin tiegħu u jkollna l-mistrieħ.

Sors: lachiesa.it/liturgia/omelie/frfernando armellini

Categories: Lectio Divina
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: